Välj vilka experimentfunktioner du vill testa

Det här dokumentet är ett utdrag från EUR-Lex webbplats

Dokument 62019TN0139

Kawża T-139/19: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2019 — Pilatus Bank vs BĊE

ĠU C 139, 15.4.2019, s. 106–107 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.4.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 139/106


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2019 — Pilatus Bank vs BĊE

(Kawża T-139/19)

(2019/C 139/108)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pilatus Bank plc (Ta’ Xbiex, Malta) (rappreżentanti: O. Behrends, M. Kirchner u L. Feddern, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, konformement mal-Artikolu 264 TFUE, id-deċiżjoni kkontestata li permezz tagħha l-BĊE rrifjuta li jassumi r-responsabbiltà li jissorvelja direttament lir-rikorrenti skont l-Artikolu 6(5)(b) tar-Regolament Nru 1024/2013 (1),

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż konformement mal-Artikoli 134 u 135 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-argument li l-BĊE assuma b’mod żbaljat li ma kienx għad għandu kompetenza jissorvelja lir-rikorrenti wara l-irtirar tal-liċenzja tagħha.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-argument li l-BĊE huwa obbligat jassumi r-responsabbiltà ta’ sorveljanza għaliex għandu jżomm standards għolja ta’ sorveljanza.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt għal rimedju effettiv u tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

6.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq użu ħażin ta’ poter.

7.

Is-seba’ motiv huwa bbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti.

8.

It-tmien motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ.

9.

Id-disa’ motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ nemo auditur.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63).


Upp