EUR-Lex Acces la dreptul Uniunii Europene

Înapoi la prima pagină EUR-Lex

Acest document este un extras de pe site-ul EUR-Lex

Document 62017CA0425

Kawża C-425/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof – il-Ġermanja) – Günter Hartmann Tabakvertrieb GmbH & Co. KG vs Stadt Kempten (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Manufattura, preżentazzjoni u bejgħ tal-prodotti tat-tabbakk — Direttiva 2014/40/UE — Projbizzjoni fuq it-tqegħid fuq is-suq tat-tabakk għall-użu orali — Kunċetti ta’ “tabakk tal-mastikazzjoni” u ta’ “tabakk għall-użu orali” — Pejst magħmul minn tabakk mitħun fin (Thunder Chewing Tobacco) u qratas individwali porużi taċ-ċelluloża mimlija b’tabakk maqtugħ fin (Thunder Frosted Chewing Bags))

ĠU C 455, 17.12.2018, p. 14-14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 455/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bayerischer Verwaltungsgerichtshof – il-Ġermanja) – Günter Hartmann Tabakvertrieb GmbH & Co. KG vs Stadt Kempten

(Kawża C-425/17) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Manufattura, preżentazzjoni u bejgħ tal-prodotti tat-tabbakk - Direttiva 2014/40/UE - Projbizzjoni fuq it-tqegħid fuq is-suq tat-tabakk għall-użu orali - Kunċetti ta’ “tabakk tal-mastikazzjoni” u ta’ “tabakk għall-użu orali” - Pejst magħmul minn tabakk mitħun fin (Thunder Chewing Tobacco) u qratas individwali porużi taċ-ċelluloża mimlija b’tabakk maqtugħ fin (Thunder Frosted Chewing Bags)))

(2018/C 455/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bayerischer Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Günter Hartmann Tabakvertrieb GmbH & Co. KG

Konvenut: Stadt Kempten

fil-preżenza ta’: Landesanwaltschaft Bayern

Dispożittiv

Il-punt 8 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE, moqri flimkien mal-punt 6 tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li huma biss il-prodotti tat-tabakk li jistgħu biss jiġu kkunsmati billi jintmagħdu li jikkostitwixxu prodotti tat-tabakk intiżi għall-mastikazzjoni fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, li hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddeċiedi dwarhom fuq il-bażi tal-karatteristiċi oġġettivi kollha rilevanti tal-prodotti kkonċernati, bħall-kompożizzjoni tagħhom, il-konsistenza tagħhom, il-forma ta’ preżentazzjoni tagħhom u, fejn xieraq, l-użu effettiv tagħhom mill-konsumaturi.


(1)  ĠU C 347, 16.10.2017.


Sus