Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018XX0731(01)

    Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tieħu tad-19 ta’ Jannar 2018 rigward l-abbozz tad-deċiżjoni dwar il-Każ AT.40220 — Qualcomm (Pagamenti tal-Esklussività) — Relatur: L-Awstrija

    ĠU C 269, 31.7.2018, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.7.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 269/13


    Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tieħu tad-19 ta’ Jannar 2018 rigward l-abbozz tad-deċiżjoni dwar il-Każ AT.40220 — Qualcomm (Pagamenti tal-Esklussività)

    Relatur: L-Awstrija

    (2018/C 269/13)

    1.   

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li s-suq tal-prodott relevanti huwa s-suq merkantili dinji taL-LTE chipsets kif definit fl-abbozz tad-deċiżjoni.

    2.   

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li Qualcomm kellha pożizzjoni dominanti fis-suq dinji għal-LTE chipsets bejn l-1 ta’ Jannar 2011 u l-31 ta’ Diċembru 2016.

    3.   

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-pagamenti mogħtija minn Qualcomm lil Apple kif deskritt fl-abbozz tad-deċiżjoni kienu pagamenti tal-esklussività.

    4.   

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-analiżi tal-Kummissjoni dwar il-kapaċità tal-pagamenti tal-esklussività ta’ Qualcomm li jkollhom effetti antikompetittivi u mal-konklużjoni tal-Kummissjoni li dawn il-pagamenti tal-esklussività jikkostitwixxu abbuż ta’ pożizzjoni dominanti.

    5.   

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li Qualcomm ma urietx li l-pagamenti tal-esklussività kienu kontrobilanċjati jew megħluba minn vantaġġi f’termini ta’ effiċjenza li minnha gawda wkoll il-konsumatur.

    6.   

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni rigward iż-żmien li dam il-każ ta’ ksur kif deskritt fl-abbozz tad-deċiżjoni.

    7.   

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li hija għandha ġurisdizzjoni biex tapplika l-Artikolu 102 TFUE u l-Artikolu 54 ŻEE fil-każ preżenti.

    8.   

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba koperta mill-abbozz tad-deċiżjoni għandha effett sinifikattiv fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u bejn il-Partijiet Kontraenti fis-sens tal-Artikolu 102 TFUE u l-Artikolu 54 ŻEE.

    9.   

    Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


    Top