Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018XG0731(08)

    Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1087, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1074 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

    ST/11143/2018/INIT

    ĠU C 269, 31.7.2018, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.7.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 269/10


    Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1087, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1074 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

    (2018/C 269/10)

    L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness II u fl-Anness III tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1087 (2), u fl-Anness XV u fl-Anness XVI tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1074 (4) dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea.

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddetermina li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2018/1087, u fir-Regolament (UE) 2017/1509, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (EU) 2018/1074, għandhom ikomplu japplikaw għall-persuni ddeżinjati fl-Anness II u fl-Anness III tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, u fl-Anness XV u fl-Anness XVI tar-Regolament (UE) 2017/1509. Ir-raġunijiet għall-elenkar ta’ dawk il-persuni jinsabu f’dawk l-Annessi.

    Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jippreżentaw applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti elettroniċi fl-Anness II tar-Regolament (KE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew pagamenti speċifiċi (ara l-Artikolu 35 tar-Regolament).

    Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel it-28 ta’ Frar 2019, fl-indirizz li ġej:

    Council of the European Union

    General Secretariat

    DG RELEX 1C

    Rue de la Loi/Wetstraat 175

    1048 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË

    Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

    Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni li tasal għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 36(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 u l-Artikolu 34(7) tar-Regolament (UE) 2017/1509.

    L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 u fir-raba’ u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


    (1)  ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.

    (2)  ĠU L 194, 31.7.2018, p. 152.

    (3)  ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.

    (4)  ĠU L 194, 31.7.2018, p. 32.


    Top