Elija las funciones experimentales que desea probar

Este documento es un extracto de la web EUR-Lex

Documento 52018XG0731(05)

    Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

    ĠU C 269, 31.7.2018, p. 7/7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.7.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 269/7


    Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

    (2018/C 269/07)

    Qed tinġibed l-attenzjoni tas-soġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja, f'konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):

    Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar hija r-Regolament (UE) 2016/44 (2), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1073 (3).

    Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta'proċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ RELEX (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta' pproċessar hu l-Unità 1C tad-DĠ RELEX li wieħed jista' jikkuntattja f'dan l-indirizz:

    Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    General Secretariat

    DG RELEX 1C

    Rue de la Loi/Wetstraat 175

    1048 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË

    email: sanctions@consilium.europa.eu

    L-għan tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/44, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1073.

    Is-soġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar fil-lista kif stabbilit f'dak ir-Regolament.

    Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna konċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata.

    Id-data personali miġbura tista' tiġi kondiviża kif meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Kummissjoni.

    Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, it-talbiet għal aċċess, kif ukoll it-talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni ser jitwieġbu f'konformità mat-taqsima 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (4).

    Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f'każ li dawn ikunu nbdew.

    Is-soġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.


    (1)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

    (2)  ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1.

    (3)  ĠU L 194, 31.7.2018, p. 30.

    (4)  ĠU L 296, 21.9.2004, p. 16.


    Arriba