Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018M8797(01)

    Bidu ta' proċeduri (Il-Każ M.8797 — Thales/Gemalto) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    C/2018/4967

    ĠU C 269, 31.7.2018, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.7.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 269/2


    Bidu ta' proċeduri

    (Il-Każ M.8797 — Thales/Gemalto)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2018/C 269/02)

    Fit-23 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni iddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta' investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

    Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (+32 22964301) jew b'email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta' referenza M.8797 — Thales/Gemalto, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    1049 Bruxelles/Brussell

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


    Top