This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52018XC0704(01)
Communication from the Commission — The adaptation in line with inflation of minimum amounts of cover laid down in Directive 2009/103/EC of the European Parliament and of the Council relating to insurance against civil liability in respect of the use of motor vehicles, and the enforcement of the obligation to insure against such liability
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — L-adattament skont l-inflazzjoni tal-ammonti minimi stabbiliti fid-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assikurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, u l-infurzar tal-obbligu tal-assikurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — L-adattament skont l-inflazzjoni tal-ammonti minimi stabbiliti fid-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assikurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, u l-infurzar tal-obbligu tal-assikurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà
ĠU C 233, 4.7.2018, pp. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
4.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 233/1 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni
L-adattament skont l-inflazzjoni tal-ammonti minimi stabbiliti fid-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assikurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, u l-infurzar tal-obbligu tal-assikurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà
(2018/C 233/01)
Din il-Komunikazzjoni tikkonċerna l-adattament skont l-inflazzjoni, għal ċerti Stati Membri, tal-ammonti minimi stabbiliti fid-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, u l-infurzar tal-obbligu tal-assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (1). L-Istati Membri kkonċernati huma t-13-il Stati Membru li jibbenefikaw minn perjodu ta’ tranżizzjoni għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/103/KE.
Skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 2009/103/KE, l-ammonti stabbiliti f’euro fl-Artikolu 9(1) ġew rieżaminati biex jitqiesu l-bidliet fl-indiċi Ewropew tal-prezzijiet tal-konsumatur ippubblikat mill-Eurostat, li jinkludu l-Istati Membri kollha.
L-Istati Membri li jibbenefikaw minn perjodu ta’ tranżizzjoni huma fi tliet gruppi, bi tliet perjodi ta’ tranżizzjoni differenti, u għalhekk il-kalkolu sar b’mod separat għal kull grupp.
Għall-ewwel grupp ta’ Stati Membri (is-Slovakkja u s-Slovenja) il-perjodu ta’ reviżjoni kien minn Diċembru 2011 sa Diċembru 2016.
Għat-tieni grupp ta’ Stati Membri (ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja u l-Latvja) il-perjodu ta’ reviżjoni kien minn Mejju 2012 sa Mejju 2017.
Għat-tielet grupp ta’ Stati Membri (il-Bulgarija, l-Estonja, l-Italja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, il-Portugall u r-Rumanija) il-perjodu ta’ reviżjoni kien minn Ġunju 2012 sa Ġunju 2017.
B’riżultat tar-rieżami, l-ammonti stabbiliti f’euro huma kif ġej:
Għall-Istati Membri li għalihom il-perjodu ta’ tranżizzjoni spiċċa f’Diċembru 2011 (is-Slovakkja u s-Slovenja):
|
— |
fil-każ ta’ korriment personali, l-ammont minimu jiżdied għal EUR 1 050 000 għal kull vittma jew EUR 5 240 000 għal kull pretensjoni, ikun kemm ikun l-għadd tal-vittmi. |
|
— |
fil-każ ta’ dannu materjali, l-ammont minimu jiżdied għal EUR 1 050 000 għal kull pretensjoni, ikun kemm ikun l-għadd tal-vittmi. |
Għall-Istati Membri li għalihom il-perjodu ta’ tranżizzjoni spiċċa f’Mejju 2012 (ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja u l-Latvja), u dawk li għalihom il-perjodu ta’ tranżizzjoni spiċċa f’Ġunju 2012 (il-Bulgarija, l-Estonja, l-Italja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, il-Portugall u r-Rumanija):
|
— |
fil-każ ta’ korriment personali, l-ammont minimu jiżdied għal EUR 1 050 000 għal kull vittma jew EUR 5 210 000 għal kull pretensjoni, ikun kemm ikun l-għadd tal-vittmi. |
|
— |
fil-każ ta’ dannu materjali, l-ammont minimu jiżdied għal EUR 1 050 000 għal kull pretensjoni, ikun kemm ikun l-għadd tal-vittmi. |
Għal Stati Membri oħra, li għalihom daħlet fis-seħħ id-Direttiva 2009/103/KE mingħajr perjodu ta’ tranżizzjoni, l-ammonti minimi kienu diġà ġew riveduti fl-2016 (2).
(1) ĠU L 263, 7.10.2009, p. 11.
(2) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2016) 246 tal-10 ta’ Mejju 2016.