This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52018M8885
Prior notification of a concentration (Case M.8885 — Carlyle/Accolade Wines Holdings Australia/Accolade Wines Holdings Europe) — Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance. )
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8885 — Carlyle/Accolade Wines Holdings Awstralja/Accolade Wines Holdings Europe) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8885 — Carlyle/Accolade Wines Holdings Awstralja/Accolade Wines Holdings Europe) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
ĠU C 143, 24.4.2018, pp. 8–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
24.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/8 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8885 — Carlyle/Accolade Wines Holdings Awstralja/Accolade Wines Holdings Europe)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 143/05)
|
1. |
Fit-13 ta’ April 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Il-grupp Carlyle, jakkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Accolade Wines Holdings Awstralja Pty Ltd u Accolade Wines Holdings Europe Limited kollha kemm huma (flimkien - l-Accolade Group). Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — il-Carlyle Group: ġestjoni tal-assi alternattiva dinjija, — Accolade: il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u fil-biċċa l-kbira fil-livell tal-bejgħ bl-ingrossa tal-inbid u tal-prodotti tal-inbid. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata: M.8885 — Carlyle/Accolade Wines Holdings Awstralja/Accolade Wines Holdings Europe Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.