This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014AP0433
European Parliament legislative resolution of 16 April 2014 on the draft Council regulation on the methods and procedure for making available the traditional, VAT and GNI-based own-resources and on the measures to meet cash requirements (recast) (05603/2014 — C7-0037/2014 — 2011/0185(CNS))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti (riformulazzjoni) (05603/2014 – C7-0037/2014 – 2011/0185(CNS))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti (riformulazzjoni) (05603/2014 – C7-0037/2014 – 2011/0185(CNS))
ĠU C 443, 22.12.2017, pp. 999–1000
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
22.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 443/999 |
P7_TA(2014)0433
Riżorsi proprji tradizzjonali u dawk ibbażati fuq il-VAT u fuq l-ING u l-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti (riformulazzjoni) (05603/2014 – C7-0037/2014 – 2011/0185(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni – riformulazzjoni)
(2017/C 443/102)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (05603/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0742), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 322(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0037/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Marzu 2007 dwar il-futur tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 bit-titolu “Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva (2)”, |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar Perspettivi Finanzjarji Multiannwali u riżorsi proprji (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2012 għall-fini li jinkiseb eżitu pożittiv għall-proċedura ta' approvazzjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għas-snin 2014-2020 (4), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2013 dwar il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-7 u t-8 ta' Frar 2013 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (5), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Lulju 2013 dwar il-ftehim politiku rigward il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 (6), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali (7), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tad-6 ta' Marzu 2012 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Baġits skont l-Artikolu 87(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 87 u 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0268/2014), |
|
A. |
billi, skont il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi l-ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali; |
|
1. |
Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif adattat għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni; |
|
2. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
3. |
Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 27 E, 31.1.2008, p. 214.
(2) ĠU C 380 E, 11.12.2012, p. 89.
(3) ĠU C 332 E, 15.11.2013, p. 42.
(4) ĠU C 68 E, 7.3.2014, p. 1.
(5) Testi adottati, P7_TA(2013)0078.
(6) Testi adottati, P7_TA(2013)0304.