Choisissez les fonctionnalités expérimentales que vous souhaitez essayer

Ce document est extrait du site web EUR-Lex

Document 52014AP0400

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet (14164/1/2012 – C7-0408/2012 – 2012/0238(NLE))

ĠU C 443, 22.12.2017, p. 905-905 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.12.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/905


P7_TA(2014)0400

Opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd UE-Madagaskar ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet (14164/1/2012 – C7-0408/2012 – 2012/0238(NLE))

(Approvazzjoni)

(2017/C 443/76)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (14164/1/2012),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd attwalment fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet (14159/2012),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7–0408/2012),

wara li kkunsidra l-ewwel u t-tielet subparagrafi tal-Artikoli 81(1), 81(2) u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Baġits (A7-0178/2014),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Madagaskar.


Haut