This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014AP0399
European Parliament legislative resolution of 16 April 2014 on the draft Council decision on the conclusion, on behalf of the European Union, of the Protocol between the European Union and the Union of the Comoros setting out the fishing opportunities and financial contribution provided for in the Fisheries Partnership Agreement currently in force between the two parties (16130/2013 — C7-0011/2014 — 2013/0388(NLE))
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ partijiet (16130/2013 – C7-0011/2014 – 2013/0388(NLE))

ĠU C 443, 22.12.2017, p. 904–904
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
22.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 443/904 |
P7_TA(2014)0399
Opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd UE-Komoros ***
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ partijiet (16130/2013 – C7-0011/2014 – 2013/0388(NLE))
(Approvazzjoni)
(2017/C 443/75)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (16130/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz ta’ protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u l-Unjoni tal-Komoros li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd li hemm fis-seħħ bħalissa bejn iż-żewġ partijiet (16127/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 43 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), u (7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7–0011/2014), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 81(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 81(2) u l-Artikolu 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0177/2014), |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni tressaq lill-Parlament il-minuti u l-konklużjonijiet tal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt biex jimmonitorja l-implimentazzjoni, l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-Ftehim, kif previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-programm settorjali pluriennali previst fl-Artikolu 3 tal-protokoll; jistieden lill-Kummissjoni taġevola l-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-Parlament bħala osservaturi fil-laqgħat tal-Kumitat Konġunt; jistieden lill-Kummissjoni tressaq lill-Parlament u lill-Kunsill, fl-aħħar sena ta' applikazzjoni tal-protokoll fis-seħħ u qabel il-ftuħ tan-negozjati għat-tiġdid tiegħu, rapport sħiħ dwar l-implimentazzjoni tiegħu, mingħajr restrizzjonijiet bla ħtieġa tal-aċċess għalih; |
|
3. |
Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, filwaqt li jaġixxu fil-limiti tal-poteri rispettivi tagħhom, iżommu lill-Parlament mgħarraf immedjatament u b’kollox fl-istadji kollha tal-proċeduri relatati mal-protokoll il-ġdid u t-tiġdid tiegħu, skont it-termini tal-Artikolu 13(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 218(10) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Unjoni tal-Komoros. |