This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014AP0343
P7_TA(2014)0343 Technical requirements for inland waterway vessels ***I European Parliament legislative resolution of 15 April 2014 on the proposal for a directive of the European Parliament and of the Council laying down technical requirements for inland waterway vessels and repealing Directive 2006/87/EC of the European Parliament and of the Council (COM(2013)0622 — C7-0266/2013 — 2013/0302(COD)) P7_TC1-COD(2013)0302 Position of the European Parliament adopted at first reading on 15 April 2014 with a view to the adoption of Directive 2014/…/EU of the European Parliament and of the Council laying down technical requirements for inland waterway vessels and repealing Directive 2006/87/EC
P7_TA(2014)0343 Rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2013)0622 – C7-0266/2013 – 2013/0302(COD)) P7_TC1-COD(2013)0302 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb li tadotta d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE
P7_TA(2014)0343 Rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2013)0622 – C7-0266/2013 – 2013/0302(COD)) P7_TC1-COD(2013)0302 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb li tadotta d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE
ĠU C 443, 22.12.2017, pp. 105–120
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
22.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 443/105 |
P7_TA(2014)0343
Rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2013)0622 – C7-0266/2013 – 2013/0302(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(2017/C 443/25)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0622), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0266/2013), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta' Jannar 2014 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-31 ta' Jannar 2014 (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0145/2014), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
(1) ĠU C 177, 11.6.2014, p. 58.
(2) ĠU C 126, 26.4.2014, p. 48.
P7_TC1-COD(2013)0302
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' April 2014 bil-ħsieb li tadotta d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) tistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-ħruġ ta' ċertifikati tekniċi għal bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni permezz tan-netwerk tal-Unjoni tal-passaġġi fuq l-ilma interni. |
|
(2) |
Ir-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti li jkunu qed jinnavigaw fuq ix-xmara Renu huma stabbiliti mill-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu(CCNR). |
|
(3) |
Ir-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Annessi tad-Direttiva 2006/87/KE fil-biċċa l-kbira jiġbru fihom id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti dwar l-Ispezzjoni tal-Bastimenti fuq ir-Renu, fil-verżjoni approvata fl-2004 mis-CCNR. Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti tekniċi applikabbli għall-ħruġ ta' ċertifikati għan-navigazzjoni interna skont l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu huma aġġornati regolarment u huma magħrufa bħala li jirriflettu l-iżviluppi tekniċi attwali. |
|
(4) |
Iż-żamma ta' żewġ settijiet Minħabba l-oqfsa legali u l-iskedi taż-żmien differenti ta’ regoli, dawk għal għall-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet, huwa diffiċli li tinżamm l-ekwivalenza bejn iċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna maħruġa skont id-Direttiva 2006/87/KE u ċertifikati maħruġa skont l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta dwar in-Navigazzjoni għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu u dawk għal ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna, ma tiżgurax Għalhekk, iċ-ċertezza legali mhix żgurata, u s-sikurezza dan għandu impatt potenzjalment negattiv fuq is-sikurezza tan-navigazzjoni . [Em. 1] |
|
(5) |
Sabiex tinkiseb armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni u biex ikun hemm il-prevenzjoni tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u livelli varjati ta’ sikurezza għandhom jiġu applikati, u aġġornati regolarment, l-istess rekwiżiti tekniċi għan-netwerk sħiħ tal-Unjoni tal-passaġġi fuq l-ilma interni. |
|
(6) |
Peress li s-CCNR bniet esperjenza vasta fl-iżvilupp u fl-aġġornament ta' rekwiżiti tekniċi għal bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, dan dak l-għarfien espert għandu jkun użat bis-sħiħ għall-passaġġi tal-ilma interni fl-Unjoni. Is-servizzi tal-Kummissjoni u s-CCNR iffirmaw Arranġament Amministrattiv fl-2013 biex jirrinfurzaw il-kooperazzjoni bejniethom, partikolarment fir-rigward tal-iżvilupp tar-rekwiżiti tekniċi li jikkonċernaw il-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni. F’dan il-qafas, ġie maqbul li għandu jiġi stabbilit Kumitat (il-Kumitat għall-Ħolqien ta' Standards Tekniċi Ewropej (CESTE)) biex ifassal l-istandards tekniċi fil-qasam tan-navigazzjoni interna li tkun tista’ issir referenza għalihom mill-Unjoni u mis-CCNR fir-regolamenti rispettivi tagħhom. [Em. 2] |
|
(7) |
Iċ-ċertifikati tal-Unjoni li jiċċertifikaw il-konformità sħiħa tal-inġenji mar-rekwiżiti tekniċi għandhom ikunu validi għall-passaġġi fuq l-ilma interni kollha tal-Unjoni. |
|
(8) |
Il-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ ċertifikati supplimentari tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna mill-Istati Membri għal operazzjonijiet fil-passaġġi fuq l-ilma taż-Żoni 1 u 2 (l-estwarji) u għal operazzjonijiet fuq passaġġi fuq l-ilma taż-Żona 4 għandhom ikunu armonizzati aktar mill-qrib. |
|
(9) |
Fl-interessi tas-sikurezza, l-istandards għandhom ikunu armonizzati f’livell għoli u b’tali mod li ma jkun hemm l-ebda tnaqqis tal-istandards ta' sikurezza fuq il-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu, wara li jikkonsultaw lill-Kummissjoni, jistabbilixxu dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw rekwiżiti tekniċi addizzjonali jew imnaqqsa għal ċerti żoni sakemm tali miżuri huma limitati għas-suġġetti speċifiċi stipulati fl-Annessi III u IV. |
|
(10) |
L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jkollhom deroga għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva f’ċerti każijiet relatati ma’ passaġġi fuq l-ilma navigabbli li mhumiex konnessi mal-passaġġi fuq l-ilma ta’ Stati Membri oħra jew għal ċerti inġenji li joperaw esklussivament fuq passaġġ fuq l-ilma nazzjonali. |
|
(11) |
L-Istati Membri, wara awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, għandhom ukoll jitħallew jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għal inġenji speċifiċi biex jakkomodaw approċċi alternattivi, jippromwovu l-innovazzjoni jew għall-prevenzjoni ta’ kosti irraġonevoli. |
|
(12) |
Iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jinħareġ lil inġenju li jgħaddi spezzjoni teknika mwettqa qabel ma l-inġenju jitqiegħed fis-servizz. Din l-ispezzjoni teknika għandha tintuża biex tikkontrolla jekk l-inġenju jikkonformax mar-rekwiżiti tekniċi stabbiliti f’din id-Direttiva. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom se ikunu intitolati li jwettqu spezzjonijiet addizzjonali fi kwalunkwe ħin sabiex jivverifikaw li l-istat fiżiku tal-inġenju jaqbel maċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna. [Em. 3] |
|
(13) |
Huwa xieraq, fi ħdan ċertu limitu ta' żmien u skont il-kategorija tal-inġenju kkonċernat, li jiġi ddeterminat il-perjodu ta' validità taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna f'kull każ speċifiku. |
|
(14) |
Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dettaljati dwar is-sostituzzjoni, it-tiġdid, l-estensjoni tal-validità u l-ħruġ ta’ ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna ġodda, f’ċerti limiti, sabiex jinżamm livell għoli ta’ sikurezza fin-navigazzjoni interna. |
|
(15) |
Il-miżuri stabbiliti fid-Direttiva 2009/100/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jeħtieġ li jibqgħu fis-seħħ għal bastimenti mhux koperti minn din id-Direttiva. |
|
(16) |
Għandha tiġi applikata sistema tranżitorja għall-inġenji li jkunu qed joperaw iżda li għad m'għandhomx ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna meta jiġu soġġettati għall-ewwel spezzjoni teknika skont ir-rekwiżiti tekniċi riveduti stabbiliti minn din id-Direttiva. |
|
(17) |
Għandhom jinħarġu struzzjonijiet vinkolanti sabiex jipprovdu regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi b'mod armonizzat. |
|
(18) |
Sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ sikurezza u effiċjenza għan-navigazzjoni interna u sabiex tinżamm l-ekwivalenza taċ-ċertifikati għan-navigazzjoni interna, ir-rekwiżiti tekniċi ddefiniti fl-Annessi għal din id-Direttiva għandhom jitqiesu bidliet fir-rekwiżiti jinżammu aġġornati sabiex jitqies il-progress xjentifiku u tekniku, u l-istandards tekniċi għal raġunijiet ta' sikurezza fil-qasam tan-navigazzjoni interna u l-ekwivalenza taċ-ċertifikati. Meta jsir dan is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata lill-Kummissjoni biex tadatta l-Annessi fir-rigward tal-adattament tal-Annessi ta' din id-Direttiva skont il-progress għall-progress xjentifiku u tekniku jew l-iżviluppi f’dan il-qasam għall-iżviluppi u l-aġġornamenti tal-istandards tekniċi li jirriżultaw minn xogħlijiet ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, b’mod partikolari dawk tas-CCNR. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni Il-Kummissjoni għandha, b'mod miftuħ u trasparenti twettaq konsultazzjonijiet xierqa mal-partijiet interessati rilevanti kollha matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-preżentazzjoni t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 4] |
|
(18a) |
Il-Kummissjoni għandha b'mod partikolari tadotta atti delegati biex tintroduċi rekwiżiti tekniċi għal bastimenti li jitħaddmu bil-gass naturali likwifikat (LNG), sabiex tkun permessa ċ-ċirkolazzjoni effikaċi u sigura ta' dawn il-bastimenti fil-passaġġi fuq l-ilma interni. [Em. 5] |
|
(19) |
Il-Kummissjoni għandu tingħatalha s-setgħa fir-rigward tal-awtorizzazzjoni għal ċerti derogi għar-rekwiżiti tekniċi għal inġenji speċifiċi, biex tapprova soċjetajiet ta' klassifikazzjoni u biex tapprova rekwiżiti tekniċi addizzjonali jew imnaqqsa għal bastimenti li joperaw f'ċerti żoni li mhumiex konnessi mal-passaġġi fuq l-ilma interni navigabbli ta' Stat Membru ieħor, għall-adattament għal approċċi alternattivi, il-promozzjoni tal-innovazzjoni, il-prevenzjoni ta' kosti mhux raġonevoli, il-provvediment ta' proċess effikaċi għall-ħruġ taċ-ċertifikati jew biex jitqiesu ċ-ċirkustanzi reġjonali. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (KE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). |
|
(19a) |
Sabiex ikun żgurat qafas xieraq għall-koordinament u kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti għan-navigazzjoni tal-passaġġi fuq l-ilma interni, partikolarment is-CCNR, u l-iżvilupp ta' standards tekniċi komuni għan-navigazzjoni interna li għalihom jistgħu jirreferu l-Unjoni u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, din id-Direttiva għandha tkun soġġetta għal reviżjoni, partikolarment fir-rigward tal-effikaċja tal-miżuri introdotti minnha, kif ukoll il-mekkaniżmi għal kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali li huma kompetenti għan-navigazzjoni interna, bil-għan li tinkiseb damma uniku u uniformi ta' standards tekniċi. [Em. 6] |
|
(20) |
Għalhekk, id-Direttiva 2006/87/KE għandha titħassar, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Il-klassifikazzjoni tal-passaġġi fuq l-ilma
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni għandhom jiġu klassifikati kif ġej:
|
(a) |
Iż-żoni 1, 2, 3 u 4
|
|
(b) |
Iż-Żona R: dawk il-passaġġi fuq l-ilma msemmija fil-punt (a) li għalihom iridu jinħarġu ċertifikati skont l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu peress li dak l-Artikolu jiġi fformulat meta d-Direttiva tidħol fis-seħħ. |
Artikolu 2
Id-definizzjonijiet u l-ambitu tal-applikazzjoni
1. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
“inġenju”: tfisser bastiment jew oġġett ta' tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma; |
|
(b) |
“bastiment”: tfisser bastiment tal-passaġġi fuq l-ilma interni jew bastiment tat-tbaħħir; |
|
(c) |
“rimonkjatur”: tfisser bastiment mibni apposta biex iwettaq ħidmiet ta' rmonk; |
|
(d) |
“rimonkjatur li jimbotta”: tfisser bastiment mibni apposta biex jimbotta konvoj 'il quddiem; |
|
(e) |
“bastiment tal-passiġġieri”: tfisser bastiment ta' vjaġġi ta' ġurnata jew bil-kabini, mibni u mgħammar biex iġorr iktar minn 12-il passiġġier; |
|
(f) |
“tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma”: tfisser installazzjoni li żżomm f'wiċċ l-ilma li ġġorr tagħmir tax-xogħol bħal krejnijiet, tagħmir għat-tħammil, tagħmir li jwaħħal il-puntali jew elevaturi; |
|
(g) |
“inġenju rikreattiv”: tfisser bastiment għajr bastiment tal-passiġġieri, maħsub għall-isport jew għad-divertiment; |
|
(h) |
“spostament tal-ilma”: tfisser il-volum mgħarraq tal-bastiment, f'm3; |
|
(i) |
“tul (L)”: tfisser it-tul massimu tal-buq f'm, minbarra t-tmun u l-pupress; |
|
(j) |
“wisa' (B)”: tfisser il-wisa' massimu tal-buq f'm, imkejjel sat-tarf ta' barra tal-pjanċi tal-qoxra (minbarra r-roti tal-palella, il-parabordi, u affarijiet simili); |
|
(k) |
“fundar (T)”: tfisser id-distanza vertikali f’m bejn il-punt l-iktar baxx tal-buq mingħajr ma jkun ikkunsidrat il-prim jew annessi oħra fissi u l-linja ta’ fundar massima; |
|
(l) |
“Soċjetà ta' klassifikazzjoni”: tfisser soċjetà ta' klassifikazzjoni li tkun ġiet approvata skont il-kriterji u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 9; |
|
(m) |
“ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna”: tfisser ċertifikat maħruġ lil bastiment tal-passaġġi fuq l-ilma interni mill-awtorità kompetenti, li jikkonferma l-konformità mar-rekwiżiti tekniċi ta' din id-Direttiva. |
2. Din id-Direttiva għandha tapplika għal dawn l-inġenji:
|
(a) |
bastimenti li għandhom tul (L) ta' 20 metru jew aktar; |
|
(b) |
bastimenti li għalihom il-prodott tat-tul (L), il-wisa' (B) u l-fundar (T) huwa volum ta' 100 m3 jew aktar. |
3. Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għal dawn l-inġenji:
|
(a) |
rimonkjaturi u rimonkjaturi li jimbuttaw, maħsuba biex jirmunkaw jew jimbuttaw l-inġenji msemmija fil-paragrafu 1 jew tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma jew biex imexxi tali inġenji jew tali tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma ma' ġenbhom; |
|
(b) |
bastimenti maħsuba għall-ġarr ta' passiġġieri li jgħabbu aktar minn 12-il passiġġier minbarra l-ekwipaġġ; |
|
(c) |
tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma. |
4. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal dawn l-inġenji:
|
(a) |
mezzi ta' trasport tul korp tal-ilma ('ferries'); |
|
(b) |
bastimenti navali; |
|
(c) |
bastimenti tat-tbaħħir, inklużi rimonkjaturi u rimonkjaturi li jimbuttaw tat-tbaħħir, li:
|
Artikolu 3
L-obbligu tal-ġarr ta’ ċertifikat
1. L-inġenji li joperaw fil-passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1 għandhom iġorru:
|
(a) |
meta jkunu qed joperaw fil-passaġġ fuq l-ilma taż-Żona R:
|
|
(b) |
meta jkunu qed joperaw fuq passaġġi fuq l-ilma oħrajn, ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna, inklużi, fejn applikabbli, l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5. |
2. Iċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandhom jitfasslu skont il-mudell stipulat fil-Parti I tal-Anness V u għandhom jinħarġu skont din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 24 biex temenda dak il-mudell jekk dan ikun meħtieġ sabiex jitqies il-progress xjentifiku u tekniku, biex jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti amministrattivi jew biex jitqiesu l-iżviluppi f’dan il-qasam li jkunu r-riżultat tal-ħidma ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, b’mod partikolari dawk tas-CCNR.
Artikolu 4
Iċ-ċertifikati supplementari tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna
1. L-inġenji kollha li jkollhom ċertifikat validu maħruġ skont l-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu jistgħu, suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(5) ta' din id-Direttiva, jinnavigaw f'passaġġi fuq l-ilma tal-Unjoni b'dak iċ-ċertifikat biss.
2. Madankollu l-inġenji kollha li jkunu qed iġorru ċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom ukoll ikunu pprovduti b'ċertifikat supplimentari tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna:
|
(a) |
meta jkunu qed joperaw f'passaġġi fuq l-ilma taż-Żoni 3 u 4, jekk jixtiequ jieħdu vantaġġ mit-tnaqqis fir-rekwiżiti tekniċi f'dawk il-passaġġi fuq l-ilma; |
|
(b) |
meta jkunu qed joperaw f'passaġġi fuq l-ilma taż-Żoni 1 u 2, jew, fir-rigward ta' bastimenti tal-passiġġieri, meta jkunu qed joperaw f'passaġġi fuq l-ilma taż-Żona 3 li mhumiex konnessi mal-passaġġi navigabbli tal-ilma interni ta' Stat Membru ieħor, jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun adotta rekwiżiti tekniċi addizzjonali għal dawk il-passaġġi fuq l-ilma, skont l-Artikolu 5(1), (2) u (3). |
3. Iċ-ċertifikat supplimentari tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jiġi mfassal fuq il-mudell li hemm fil-Parti II tal-Anness V u għandu jinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti meta jiġi ppreżentat iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu 1 u taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti għall-passaġġi fuq l-ilma kkonċernati. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti biex temenda dak il-mudell jekk dan ikun meħtieġ sabiex jitqies il-progress xjentifiku u tekniku, biex jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti amministrattivi jew biex jitqiesu l-iżviluppi f’dan il-qasam li jkunu r-riżultat tal-ħidma ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, b’mod partikolari dawk tas-CCNR.
Artikolu 5
Ir-rekwiżiti tekniċi addizzjonali jew imnaqqsa għal ċerti żoni
1. L-Istati Membri jistgħu, wara li jikkonsultaw lill-Kummissjoni u fejn applikabbli suġġett għar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni Riveduta għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu, jadottaw rekwiżiti tekniċi addizzjonali ma' dawk li hemm fl-Anness II għal inġenji li joperaw f'passaġġi fuq l-ilma taż-Żoni 1 u 2 fit-territorju tagħhom.
2. Fir-rigward ta' bastimenti tal-passiġġieri li joperaw f'passaġġi fuq l-ilma taż-Żona 3 fit-territorju tiegħu li mhumiex konnessi mal-passaġġi navigabbli tal-ilma interni ta' Stat Membru ieħor, kull Stat Membru jista' jżomm rekwiżiti tekniċi addizzjonali ma' dawk fl-Anness II. L-Istati Membri jistgħu jadottaw rekwiżiti tekniċi addizzjonali bħal dawn wara l-proċedura msemmija fil-paragrafu 3. Ir-rekwiżiti addizzjonali jistgħu jkopru biss is-suġġetti elenkati fl-Anness III.
3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawn ir-rekwiżiti addizzjonali proposti tal-inqas sitt xhur qabel id-data prevista tad-dħul fis-seħħ tagħhom u għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħrajn.
Il-Kummissjoni għandha tapprova r-rekwiżiti tekniċi addizzjonali permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 25(2).
4. Il-konformità mar-rekwiżiti addizzjonali għandha tiġi speċifikata fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna msemmi fl-Artikolu 3 jew, fejn japplika l-Artikolu 4(2), fiċ-ċertifikat supplimentari għan-navigazzjoni interna tal-Unjoni. Evidenza bħal din dwar il-konformità għandha tiġi rikonoxxuta fil-passaġġi fuq l-ilma tal-Unjoni taż-żona korrispondenti.
5. Fejn l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tranżitorji stipulati fil-Kapitolu 24a tal-Anness II tkun tirriżulta fi tnaqqis tal-istandards eżistenti nazzjonali ta' sikurezza, Stat Membru jista' ma japplikax dawk id-dispożizzjonijiet tranżitorji fir-rigward ta' bastimenti tal-passiġġieri tal-passaġġi fuq l-ilma interni li joperaw fil-passaġġi fuq l-ilma interni tiegħu li mhumiex konnessi mal-passaġġi navigabbli tal-ilma interni ta' Stat Membru ieħor. F'tali ċirkostanzi l-Istat Membru jista' jeħtieġ li tali bastimenti li joperaw fil-passaġġi fuq l-ilma interni mhux konnessi tiegħu jikkonformaw bis-sħiħ mar-rekwiżiti tekniċi stabbiliti fl-Anness II mit-30 ta' Diċembru 2008.
Stat Membru li jagħmel użu mill-possibbiltà msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jinforma lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bid-deċiżjoni tiegħu u jipprovdi lill-Kummissjoni bid-dettalji tal-istandards nazzjonali rilevanti li japplikaw għall-bastimenti tal-passiġġieri li joperaw fil-passaġġi fuq l-ilma interni tiegħu.
Il-konformità mar-rekwiżiti ta' Stat Membru biex jopera fil-passaġġi fuq l-ilma mhux konnessi tiegħu għandha tiġi speċifikata fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna msemmi fl-Artikolu 3 jew, fejn japplika l-Artikolu 4(2), fiċ-ċertifikat supplimentari għan-navigazzjoni interna tal-Unjoni.
6. L-inġenji li joperaw biss fil-passaġġi fuq l-ilma taż-Żona 4 għandhom jikkwalifikaw għar-rekwiżiti mnaqqsa stipulati fl-Anness II tal-passaġġi fuq l-ilma kollha f'dik iż-żona. Il-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti mnaqqsa għandha tiġi speċifikata fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna msemmi fl-Artikolu 3.
7. L-Istati Membri jistgħu, wara li jikkonsultaw lill-Kummissjoni, jippermettu l-applikazzjoni parzjali tar-rekwiżiti tekniċi jew jistabbilixxu rekwiżiti tekniċi li jkunu inqas stretti minn dawk fl-Anness II għal inġenji li joperaw esklussivament fil-passaġġi fuq l-ilma taż-Żoni 3 u 4 fit-territorju tagħhom.
L-applikazzjoni inqas stretta jew parzjali tar-rekwiżiti tekniċi tista' tkopri biss l-elementi elenkati fl-Anness IV. Fejn il-karatteristiċi tekniċi ta' inġenju jkunu jikkorrispondu mal-applikazzjoni inqas stretta jew parzjali tar-rekwiżiti tekniċi, dan għandu jiġi speċifikat fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jew, fejn ikun japplika l-Artikolu 4(2), fiċ-ċertifikat supplimentari għan-navigazzjoni interna tal-Unjoni.
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni inqas stretta jew parzjali tar-rekwiżiti tekniċi tal-Anness II tal-inqas sitt xhur qabel ma jidħlu fis-seħħ u għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħrajn.
Artikolu 6
Id-derogi
1. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw derogi minn din id-Direttiva kollha jew parti minnha għal:
|
(a) |
bastimenti, rimonkjaturi, rimonkjaturi li jimbuttaw u tagħmir li jżomm f'wiċċ l-ilma li joperaw f'passaġġi navigabbli li mhumiex konnessi permezz ta' passaġġi fuq l-ilma interni, mal-passaġġi ta' Stati Membri oħrajn; |
|
(b) |
inġenji li għandhom piż li ma jaqbiżx it-350 tunnellata jew inġenji mhux maħsuba għat-trasport ta' merkanzija u li għandhom spostament tal-ilma ta' inqas minn 100 m3, li kienu varati qabel l-1 ta' Jannar 1950 u li joperaw biss fuq passaġġi fuq l-ilma nazzjonali. |
2. Fir-rigward ta' navigazzjoni fil-passaġġi fuq l-ilma nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw derogi minn dispożizzjoni waħda jew aktar ta' din id-Direttiva għal vjaġġi limitati ta' interess lokali jew f'żoni portwali. Id-derogi u l-vjaġġi jew iż-żona li għalihom ikunu validi dawn id-derogi għandhom jiġu speċifikati fiċ-ċertifikat tal-inġenju.
3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-derogi awtorizzati skont il-paragrafi 1 u 2 u għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra bihom.
4. Kwalunkwe Stat Membru li, minħabba derogi awtorizzati skont il-paragrafi 1 u 2, ma jkollu l-ebda inġenju suġġett għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva li jkun qed jopera fuq il-passaġġ fuq l-ilma tiegħu, ma għandux ikun meħtieġ jikkonforma mal-Artikoli 8, 9 u 11.
Artikolu 7
Il-ħruġ ta' ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna
1. Iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jinħareġ għal inġenji varati minn [id-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva] wara spezzjoni teknika mwettqa qabel ma l-inġenju jibda jopera u mwettqa bil-ħsieb li jkun hemm kontroll dwar jekk l-inġenju jikkonformax mar-rekwiżiti tekniċi tal-Anness II.
2. Iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jinħareġ għal inġenji li kienu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE (8), iżda koperti minn din id-Direttiva skont l-Artikolu 2(2) u (3), wara spezzjoni teknika li għandha titwettaq hekk kif jiskadi ċ-ċertifikat attwali tal-inġenju, iżda f'kull każ mhux iżjed tard mit-30 ta' Diċembru 2018, biex jikkontrolla jekk l-inġenju jikkonformax mar-rekwiżiti tekniċi tal-Anness II.
Kwalunkwe nuqqas biex jintlaħqu r-rekwiżiti tekniċi tal-Anness II għandu jiġi speċifikat fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna. Sakemm l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw li dawn in-nuqqasijiet ma jikkostitwixxux periklu evidenti, l-inġenji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan l-Artikolu jistgħu jkomplu joperaw sa meta dawk il-komponenti jew partijiet tal-inġenju li kienu ġew iċċertifikati bħala mhux konformi ma' dawk ir-rekwiżiti jiġu sostitwiti jew isirilhom xi tibdil, fejn imbagħad dawk il-komponenti jew partijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi tal-Anness II.
3. Fi ħdan is-sens ta' dan l-Artikolu, periklu evidenti għandu jkun preżunt b'mod partikolari meta jiġu affettwati r-rekwiżiti rigward is-solidità tal-istruttura fiżika fil-bini tal-bastiment, in-navigazzjoni jew il-manuvrabbiltà jew il-karatteristiċi speċjali tal-inġenju skont ir-rekwiżiti tekniċi tal-Anness II. Id-derogi kif permessi fir-rekwiżiti tekniċi tal-Anness II ma għandhomx jiġu identifikati bħala nuqqasijiet li jikkostitwixxu periklu evidenti.
Il-bdil ta' partijiet eżistenti ma' partijiet identiċi jew partijiet ta' teknoloġija u disinn ekwivalenti waqt tiswijiet u manutenzjoni ta' rutina ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala bdil fis-sens ta' dan l-Artikolu.
4. Il-konformità ta' inġenju mar-rekwiżiti addizzjonali msemmija fl-Artikolu 5(1), (2) u (3) għandha, fejn xieraq, tiġi kkontrollata waqt spezzjonijiet tekniċi previsti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, jew matul spezzjoni teknika mwettqa fuq talba ta' sid l-inġenju.
Artikolu 8
L-awtoritajiet kompetenti
1. Iċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jistgħu għandhom jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. [Em. 7]
2. Kull Stat Membru għandu jfassal lista li tindika l-awtoritajiet kompetenti għall-ħruġ ta' ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna u għandu jinnotifikaha lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu reġistru taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna kollha li huma joħorġu skont il-mudell stabbilit fl-Anness VI. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24 biex temenda dak il-mudell sabiex jitqies il-progress xjentifiku u tekniku, jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti amministrattivi jew biex jitqiesu l-iżviluppi f’dan il-qasam li jkunu r-riżultat tal-ħidma ta’ organizzazzjonijiet oħra internazzjonali, b’mod partikolari dawk tas-CCNR.
Artikolu 9
It-twettiq ta' spezzjonijiet tekniċi
1. L-ispezzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 7 għandha titwettaq mill-awtoritajiet kompetenti. Dawk l-awtoritajiet jistgħu ma jissottomettux l-inġenju kollu kemm hu jew partijiet minnu, għal spezzjoni teknika fejn jidher ċar minn attestazzjoni valida, maħruġa minn soċjetà ta' klassifikazzjoni rikonoxxuta, li l-inġenju jissodisfa bis-sħiħ jew parti mir-rekwiżiti tekniċi tal-Anness II.
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tapprova soċjetà ta’ klassifikazzjoni li tissodisfa l-kriterji elenkati fl-Anness VII, jew li tirtira l-approvazzjoni, skont il-proċedura pprovduta fil-paragrafi 3 u 4. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 25(2).
3. Għandha tiġi ppreżentata applikazzjoni għall-approvazzjoni lill-Kummissjoni mill-Istat Membru fejn is-soċjetà ta’ klassifikazzjoni għandha l-kwartieri ġenerali tagħha jew sussidjarja awtorizzata tas-soċjetà ta' klassifikazzjoni biex toħroġ l-attestazzjonijiet li l-inġenju jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II skont din id-Direttiva. Din l-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi vverifikat li l-kriterji għall-approvazzjoni jiġu milħuqa.
Kull Stat Membru jista’ jitlob li tinżamm seduta għas-sottomissjonijiet orali jew li għandha tiġi pprovduta aktar informazzjoni jew dokumentazzjoni.
4. Kull Stat Membru jista’ jippreżenta talba lill-Kummissjoni biex jirtira l-approvazzjoni jekk iqis li soċjetà ta' klassifikazzjoni ma tkunx għada tissodisfa l-kriterji pprovduti fl-Anness VII. It-talba għall-irtirar għandha tkun akkumpanjata minn evidenza dokumentata.
5. Sakemm jiġu approvati skont din id-Direttiva, is-soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni li huma rikonoxxuti u approvati u awtorizzati minn Stat Membru skont id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE (9) għandhom jitqiesu approvati biss fir-rigward ta’ bastimenti li joperaw esklussivament fuq passaġġi tal-ilma ta’ dak l-Istat Membru.
6. Il-Kummissjoni għandha tippubblika għall-ewwel darba sa … (*1), u żżomm aġġornata lista ta’ soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni approvati skont dan l-Artikolu. [Em. 8]
7. Kull Stat Membru għandu jfassal lista li tindika l-awtoritajiet kompetenti tiegħu biex iwettqu l-ispezzjonijiet tekniċi u għandu jinnotifikaha lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.
8. Kull Stat Membru għandu jkun konformi mar-rekwiżiti speċifiċi fir-rigward tal-korpi ta' spezzjoni u t-talba għal spezzjoni kif previst fl-Anness II.
Artikolu 10
Il-validità taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna
1. Il-perjodu ta' validità taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna li jinħarġu lil bastimenti mibnijin ġodda skont id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandu jiġi determinat mill-awtorità kompetenti sa massimu ta':
|
(a) |
ħames snin fil-każ ta' bastimenti tal-passiġġieri; |
|
(b) |
10 snin fil-każ tal-inġenji l-oħra kollha. |
Il-perjodu ta' validità għandu jitniżżel fuq iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna.
2. Fil-każ ta' bastimenti li jkunu diġà joperaw qabel l-ispezzjoni teknika, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-perjodu ta' validità taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna abbażi ta' każ b'każ, fid-dawl tar-riżultati tal-ispezzjoni. Madankollu, il-validità ma tistax tkun iżjed mill-perjodi speċifikati fil-paragrafu 1.
3. Kull Stat Membru jista', fil-każijiet speċifikati fl-Anness II, joħroġ ċertifikati provviżorji tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna. Iċ-ċertifikati provviżorji tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandhom jitfasslu fuq il-mudell stabbilit fil-Parti III tal-Anness V. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24 biex temenda dak il-mudell sabiex jitqies il-progress xjentifiku u tekniku, jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti amministrattivi jew biex jitqiesu l-iżviluppi f’dan il-qasam li jkunu r-riżultat tal-ħidma ta’ organizzazzjonijiet oħra internazzjonali, b’mod partikolari dawk tas-CCNR.
Artikolu 11
Il-bdil taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom jista' jsir il-bdil ta' ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna validu li jkun intilef jew li tkun saritlu xi ħsara.
Artikolu 12
It-tiġdid taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna
1. Iċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jiġġedded malli jiskadi l-perjodu ta' validità tiegħu, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7.
2. Għat-tiġdid ta' ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna, id-dispożizzjonijiet tranżitorji pprovduti fil-Kapitoli 24 u 24a tal-Anness II għandhom japplikaw għall-inġenju u skont il-kundizzjonijiet speċifikati hemmhekk.
Artikolu 13
L-estensjoni tal-validità taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna
Il-validità taċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna tista' tiġi estiża eċċezzjonalment mingħajr spezzjoni teknika skont l-Anness II mill-awtorità li ħarġet jew ġeddet iċ-ċertifikat. L-estensjoni għandha tiġi indikata fiċ-ċertifikat.
Artikolu 14
Il-ħruġ ta' ċertifikati ġodda tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna
Fil-każ ta' modifiki jew tiswijiet kbar li jaffettwaw is-solidità strutturali tal-bastiment, in-navigazzjoni jew il-manuvrabbiltà jew il-karatteristiċi speċjali tal-inġenju skont id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Anness II, dak l-inġenju għandu jerġa' jgħaddi mill-ispezzjoni teknika prevista fl-Artikolu 7 qabel kwalunkwe vjaġġ ieħor. Wara din l-ispezzjoni, għandu jinħareġ ċertifikat ġdid tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna li jniżżel il-karatteristiċi tekniċi tal-inġenju jew għandu jiġi emendat iċ-ċertifikat attwali skont dan. Jekk iċ-ċertifikat jinħareġ minn Stat Membru differenti minn dak li ħareġ jew ġedded iċ-ċertifikat inizjali, l-awtorità kompetenti li ħarġet jew ġeddet iċ-ċertifikat għandha tiġi informata skont dan fi żmien xahar.
Artikolu 15
Ir-rifjut ta' ħruġ jew ta' tiġdid, u l-irtirar ta', ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna
1. Kull deċiżjoni ta' rifjut ta' ħruġ jew tiġdid ta' ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandu jkollha motivazzjoni. Is-sid tal-inġenju għandu jiġi nnotifikat u għandu jiġi infurmat dwar il-proċedura ta' appell u l-limiti ta' żmien tagħha fl-Istat Membru kkonċernat.
2. Kull ċertifikat validu tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna jista' jiġi irtirat mill-awtorità kompetenti li ħarġitu jew ġedditu jekk l-inġenju ma jibqax konformi mar-rekwiżiti tekniċi speċifikati fiċ-ċertifikat tiegħu.
Artikolu 16
L-ispezzjonijiet addizzjonali
1. L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu fi kwalunkwe ħin jikkontrollaw jekk inġenju hux qed iġorr ċertifikat validu skont it-termini ta' din id-Direttiva u jekk jissodisfax ir-rekwiżiti imniżżla f'tali ċertifikat jew jikkostitwixxix periklu evidenti għall-persuni abbord, l-ambjent jew is-sikurezza tan-navigazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa skont il-paragrafi 2 sa 5.
2. Jekk waqt spezzjoni bħal din l-awtoritajiet isibu li ċ-ċertifikat mhuwiex abbord jew li ċ-ċertifikat fuq il-bastiment huwa invalidu, jew li l-inġenju ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fiċ-ċertifikat, iżda li tali invalidità jew nuqqas li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ma jikkostitwixxix periklu ċar, sid l-inġenju jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jirrimedja is-sitwazzjoni. L-awtorità li ħarġet iċ-ċertifikat jew li ġedditu l-aħħar għandha tiġi informata fi żmien sebat ijiem.
3. Jekk, waqt l-ispezzjoni, l-awtoritajiet isibu li l-inġenju jirrappreżenta periklu għall-persuni abbord, l-ambjent jew is-sikurezza tan-navigazzjoni, jistgħu jipprojbixxu lill-inġenju milli jkompli l-vjaġġ tiegħu sakemm jittieħdu l-passi meħtieġa biex tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni.
Jistgħu wkoll jippreskrivu miżuri li jippermettu lill-inġenju jipproċedi bla periklu, meta jkun xieraq fit-tmiem tal-operazzjonijiet ta' trasport tiegħu, għal post fejn ikun se jiġi spezzjonat jew imsewwi. L-awtorità li ħarġet iċ-ċertifikat jew li ġedditu l-aħħar għandha tiġi informata fi żmien sebat ijiem.
4. Stat membru li impedixxa inġenju milli jipproċedi bil-vjaġġ tiegħu, jew li nnotifika lis-sid bl-intenzjoni tiegħu li jagħmel dan jekk id-difetti li nstabu ma jiġux ikkoreġuti, għandu jinforma lill-awtorità fl-Istat Membru li ħarġet jew ġeddet l-aħħar iċ-ċertifikat, fi żmien sebat ijiem, bid-deċiżjoni li ħa jew li beħsiebu jieħu.
5. Kwalunkwe deċiżjoni li jiġi interrott il-passaġġ ta' inġenju meħuda fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tiddikjara fid-dettall ir-raġunijiet li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni. Din għandha tiġi nnotifikata mingħajr dewmien lill-parti kkonċernata, li għandha fl-istess ħin tiġi informata bil-proċeduri ta' appell disponibbli għaliha taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru u bil-limiti ta' żmien tagħhom.
Artikolu 17
Numru Uniku ta' Identifikazzjoni għall-Bastimenti Ewropej
L-awtorità kompetenti wara li tkun ħarġet ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għandha tinkludi Numru Uniku ta' Identifikazzjoni għall-Bastimenti Ewropej fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna skont il-Kapitolu 2 tal-Anness II.
Artikolu 18
L-ekwivalenzi u d-derogi
1. L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jippermettu derogi jew li jirrikonoxxu l-ekwivalenza ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi għal inġenji speċifiċi fir-rigward ta':
|
(a) |
l-użu, jew il-preżenza, abbord ta’ inġenju ta’ materjali oħrajn, installazzjonijiet jew oġġetti ta’ tagħmir, jew l-adozzjoni ta’ aspetti oħra fid-disinn jew arranġamenti oħra minbarra dawk inklużi fl-Anness II; |
|
(b) |
il-ħruġ ta’ ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għal skopijiet ta’ prova għal perjodu limitat li jinkorpora speċifikazzjonijiet tekniċi ġodda li jidderogaw mir-rekwiżiti tal-Parti II tal-Anness II sakemm dawk l-ispeċifikazzjonijiet joffru l-istess sikurezza; |
|
(c) |
l-applikazzjoni, mill-korpi ta’ spezzjoni, ta’ derogi, fuq bastiment tal-passiġġieri, rigward iż-żoni pprovduti għall-użu minn persuni b’mobilità nieqsa, fejn l-applikazzjoni tar-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fil-Kapitolu 15 tal-Anness II tkun meqjusa diffiċli fil-prattika jew timplika kosti irraġonevoli; |
|
(d) |
l-użu ta’ aġenti oħra għat-tifi tan-nar minbarra dawk imsemmija fil-Kapitolu 10 tal-Anness II; |
|
(e) |
l-użu ta' sistemi tat-tifi tan-nar installati b'mod permanenti għall-protezzjoni ta' oġġetti; |
|
(f) |
l-applikazzjoni tal-Kapitolu 24 tal-Anness II għal inġenji konvertiti għal tul ta’ aktar minn 110 m; |
|
(g) |
derogi mir-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu 24 u l-Kapitolu 24a tal-Anness II wara l-iskadenza tad-dispożizzjonijiet tranżitorji, fejn dawk ir-rekwiżiti huma teknikament diffiċli li jiġu applikati jew fejn l-applikazzjoni tagħhom taf teħtieġ kosti sproporzjonati; |
|
(h) |
ir-rikonoxximent ta’ standards li jikkonċernaw sistemi li jitfgħu kwantità anqas ta’ ilma minbarra dawk imsemmija fil-Kapitolu 10 tal-Anness II. |
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 25(2).
2. L-ekwivalenzi u d-derogi msemmija fil-punti (a) sa (g) tal-paragrafu 1 għandhom jiddaħħlu fiċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jiġu infurmati.
3. Sakemm jiġu adottati l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu joħorġu ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna provviżorju skont l-Artikolu 10(2).
F’dak il-każ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, fi żmien xahar mill-ħruġ taċ-ċertifikat provviżorju tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna, jirrappurtaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-isem u n-Numru ta’ Identifikazzjoni għall-Bastimenti Ewropej tal-inġenju, in-natura tad-deroga u l-Istat fejn il-bastiment ikun irreġistrat l-inġenju jew fejn ikollu l-port tar-ritorn tiegħu.
4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika reġistru tat-tagħmir għan-navigazzjoni bir-radar u tal-indikaturi tar-rata tal-ikkwartjar approvati skont l-Anness II.
Artikolu 19
Ir-rikonoxximent ta' ċertifikati ta' navigabbiltà ta' inġenji minn pajjiżi terzi
L-Unjoni għandha tidħol f'negozjati ma' pajjiżi terzi sabiex tiżgura r-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikat ta' navigabbiltà bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi.
Fl-istennija għall-konklużi ta' ftehimiet bħal dawn, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jirrikonoxxu ċ-ċertifikati ta' navigabbiltà ta' inġenji minn pajjiżi terzi għan-navigazzjoni fil-passaġġi fuq l-ilma ta' dak l-Istat Membru.
Il-ħruġ ta' ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna għal inġenji minn pajjiżi terzi għandu jsir skont l-Artikolu 7(1).
Artikolu 20
Il-kontinwità tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/100/KE
Għal dawk l-inġenji li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 2(2) u (3) ta' din id-Direttiva, iżda li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 1(a) tad-Direttiva 2009/100/KE, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.
Artikolu 21
Id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali dwar l-użu ta’ dokumenti
Id-dokumenti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u li jinħarġu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri skont id-Direttiva 2006/87/KE qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva jibqgħu validi sakemm jiskadu.
Artikolu 22
L-adattament tal-Annessi
1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24 dwar l-adattamenti tal-Annessi I, II, III, IV u VII għall-progress xjentifiku u tekniku jew għall-iżviluppi f'dan il-qasam bħala riżultat tal-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari dik tas-CCNR biex tiżgura li ż-żewġ ċertifikati msemmija fl-Artikolu 3(1)(a) jinħarġu abbażi ta' rekwiżiti tekniċi li jiggarantixxu livell ekwivalenti ta' sikurezza, jew biex jitqiesu l-każijiet imsemmija fl-Artikolu 5.
Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2017, tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu 24 rigward l-introduzzjoni ta' rekwiżiti speċifiċi għall-bastimenti li jitħaddmu bil-gass naturali likwifikat (LNG), skont il-Kapitolu 19ba tal-Anness II. [Em. 9]
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24 fir-rigward ta' struzzjonijiet amministrattivi vinkolanti li jikkonċernaw l-applikazzjoni dettaljata tar-rekwiżiti tekniċi pprovduti fl-Anness I, sabiex tiżgura interpretazzjoni armonizzata ta' dawk ir-rekwiżiti jew sabiex tqis l-aqwa prassi żviluppata fil-livell tal-Unjoni jew misluta mill-ħidma ta' organizzazzjonijiet internazzjonali, b'mod partikolari dak tas-CCNR.
Meta l-Kummissjoni tadotta atti delegati bħal dawn għandha tiżgura li r-rekwiżiti tekniċi li hemm bżonn li jiġu ssodisfati għall-ħruġ taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna rikonoxxuti għan-navigazzjoni fuq ir-Renu jkunu konformi mal-livell ta' sikurezza ekwivalenti għal dak meħtieġ għall-ħruġ taċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni Riveduta dwar Navigazzjoni fuq ir-Renu.
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24 sabiex taġġorna r-referenzi f'din id-Direttiva għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Anness II bil-ħsieb li jitqiesu l-emendi li jkunu saru għal dan l-Anness.
Artikolu 23
Ir-rekwiżiti temporanji
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24 biex jipprovdu għal rekwiżiti tekniċi temporanji għall-inġenji biex jippermettu t-testijiet sabiex ikunu ta' inċentiv għall-innovazzjoni u l-progress tekniku. Dawn ir-rekwiżiti għandhom ikunu validi għal perjodu massimu ta' tliet snin.
Artikolu 24
Id-delega
1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.
2. Id-delega tas-setgħat imsemmija Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 3, 4, 8, 10, 22 u 23 tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta’ ħames snin minn [id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva] … (*2). Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu. [Em. 10]
3. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' jirrevoka d-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3, 4, 8, 10, 22 u 23 fi kwalunkwe żmien. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija tidħol fis-seħħ jum wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew minn data aktar 'il quddiem kif speċifikat fid-Deċiżjoni. Din ma taffettwax il-validità tal-atti delegati li jkun hemm diġà fis-seħħ.
4. Hekk kif il-Kummissjoni tadotta att delegat għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin dwar dan.
5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 3, 4, 8, 10, 22 u 23 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma joġġezzjonaw fi żmien xahrejn minn meta l-Kummissjoni tinnotifikahom bl-att. jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' jestendi dan il-perjodu b'xahrejn. tal-Kunsill . [Em. 12]
Artikolu 25
Il-proċedura tal-kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat stabbilit mill-Artiklu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE (10) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Jekk l-opinjoni tal-Kumitat tkun trid tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, il-president tiegħu jista' jiddeċiedi li jtemm il-proċedura mingħajr riżultat fil-limitu ta' żmien għat-twassil tal-opinjoni.
Artikolu 26
Il-penali
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Artikolu 26a
Reviżjoni
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, qabel … (*3) u kull tliet snin minn hemm ’il quddiem, rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li fih tirrevedi l-effettività tal-miżuri introdotti b’din id-Direttiva, b’mod partikolari fir-rigward tal-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi u l-iżvilupp ta’ standards tekniċi għan-navigazzjoni interna. Ir-rapport għandu jirrevedi wkoll il-mekkaniżmi għall-kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fin-navigazzjoni interna. Ir-rapport għandu, jekk xieraq, jiġi akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva sabiex jissimplifika iżjed il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni biex jiġu elaborati l-istandards li tkun tista’ ssir referenza għalihom fl-atti legali tal-Unjoni. [Em. 13]
Artikolu 27
It-traspożizzjoni
1. L-Istati Membri b'passaġġi fuq l-ilma interni imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva b'effett mill-1 ta' Jannar 2015. Huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b’dan minnufih.
Meta l-Istati Membri jadottaw tali dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza bħal din.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 28
Ir-revoka
Id-Direttiva 2006/87/KE hija mħassra b'effett mill-1 ta' Jannar 2015.
Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva.
Artikolu 29
Id-dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 30
Id-destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri li għandhom passaġġi fuq l-ilma interni msemmija fl-Artikolu 1.
Magħmul fi
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) ĠU C 177, 11.6.2014, p. 58.
(2) ĠU C 126, 26.4.2014, p. 48.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014.
(4) Id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE, (ĠU L 389, 30.12.2006, p. 1)
(5) Id-Direttiva 2009/100/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ liċenzji ta’ navigabbiltà għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 259, 2.10.2009, p. 8).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(7) Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar regoli u standards ta' sigurtà għall-vapuri tal-passiġġieri (ĠU L 163, 25.6.2009, p. 1).
(8) Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE tal-4 ta' Ottubru 1982 li tistabbilixxi ħtiġijiet tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq, (ĠU L 301, 28.10.1982, p. 1), (Direttiva mħassra mid-Direttiva 2006/87/KE).
(9) Id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta' Novembru 1994 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-bastimenti u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet relevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (ĠU L 319, 12.12.1994, p. 20).
(*1) Sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(*2) Id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
(10) Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar ir-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati ta' boatmasters nazzjonali għat-trasportazzjoni ta' merkanzija u passiġġieri bil-kanali interni (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 29).
(*3) Tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.
LISTA TAL-ANNESSI
|
Anness I |
Lista ta' passaġġi fuq l-ilma interni tal-Unjoni maqsuma b'mod ġeografiku f'Żoni 1, 2, 3 u 4 Fl-Anness II, jiżdied il-Kapitolu li ġej: "KAPITOLU 19ba REKWIŻITI SPEĊIFIĊI APPLIKABBLI GĦALL-BASTIMENTI MĦADDMA MINN GASS NATURALI LIKWIFIKAT (LNG) (mħalli vojt) [Em. 14] |
|
Anness II |
Rekwiżiti tekniċi minimi applikabbli għal inġenji fil-passaġġi fuq l-ilma interni taż-Żoni 1, 2, 3 u 4 |
|
Anness III |
Suġġetti għal rekwiżiti tekniċi addizzjonali possibbli applikabbli għal inġenji fil-passaġġi fuq l-ilma interni taż-Żoni 1 u 2 |
|
Anness IV |
Suġġetti għal tnaqqis possibbli tar-rekwiżiti tekniċi addizzjonali applikabbli għal inġenji fil-passaġġi fuq l-ilma interni taż-Żoni 3 u 4 |
|
Anness V |
Mudell taċ-ċertifikat tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna |
|
Anness VI |
Reġistru mudell għaċ-ċertifikati tal-Unjoni għan-navigazzjoni interna |
|
Anness VII |
Soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni |
L-annessi mhumiex riprodotti b'mod sħiħ f'dan it-test konsolidat. Jekk jogħġbok ikkonsulta l-proposta tal-Kummissjoni COM(2013)0622, Partijiet 2 u 3.