This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0691
Case T-691/17: Action brought on 28 September 2017 — hoechstmass Balzer v EUIPO (Shape of a tape measure)
Kawża T-691/17: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2017 – hoechstmass Balzer vs EUIPO (Forma ta’ żagarella nnumerata tal-kejl)
Kawża T-691/17: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2017 – hoechstmass Balzer vs EUIPO (Forma ta’ żagarella nnumerata tal-kejl)
ĠU C 402, 27.11.2017, pp. 54–55
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
27.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 402/54 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2017 – hoechstmass Balzer vs EUIPO (Forma ta’ żagarella nnumerata tal-kejl)
(Kawża T-691/17)
(2017/C 402/71)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: hoechstmass Balzer GmbH (Sulzbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Zapfe, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali tal-Unjoni (Forma ta’ żagarella nnumerata tal-kejl) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 004 997
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Lulju 2017 fil-Każ R 2331/2016-4
Talbiet
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Lulju 2017 (Każ R 2331/2016-4) – id-deċiżjoni kkontestata – fir-rigward tat-trade mark tridimensjonali 015004997; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut/lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċeduri ta’ appell u tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, sussidjarjament |
|
— |
tillimita l-lista ta’ prodotti tal-klassi 9, permezz taż-żieda tal-kliem “għall-ħajjata” ma’ “żagarelli nnumerati tal-kejl għall-ħajjata” u tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Lulju 2017 sa fejn din tkopri ż-“żagarelli nnumerati tal-kejl għall-ħajjata”. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |