This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0658
Case T-658/17: Action brought on 21 September 2017 — Stichting Against Child Trafficking v OLAF
Kawża T-658/17: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2017 – Stichting Against Child Trafficking vs OLAF
Kawża T-658/17: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2017 – Stichting Against Child Trafficking vs OLAF
ĠU C 402, 27.11.2017, pp. 48–49
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
27.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 402/48 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2017 – Stichting Against Child Trafficking vs OLAF
(Kawża T-658/17)
(2017/C 402/64)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Stichting Against Child Trafficking (Nijmegen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: E. Agstner, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi
Talbiet tar-Rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-3 ta’ Awissu 2017, fil-Każ OC/2017/0451, tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) biex ma jiftaħx investigazzjoni amministrattiva; |
|
— |
tagħti struzzjonijiet lil OLAF biex jiftaħ investigazzjoni amministrattiva u skont is-sejbiet tiegħu jgħaddi l-kwistjoni lill-infurzar tal-liġi nazzjonali għall-proċedimenti kriminali u/jew lill-Istituzzjonijiet Ewropej għall-proċedimenti amministrattivi; |
|
— |
tikkundanna lill-OLAF għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-liġi tal-UE u żbalji manifesti tal-evalwazzjoni li twettqet minn OLAF
|
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq in-nuqqas li jaġixxi u jiftaħ investigazzjoni
|
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq id-dritt għal smigħ
|
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-proċeduri
|