Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0656

Kawża T-656/17: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2017 – Sumol + Compal Marcas vs EUIPO – Jacob (Dr. Jacob’s essentials)

ĠU C 402, 27.11.2017, p. 48–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 402/48


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2017 – Sumol + Compal Marcas vs EUIPO – Jacob (Dr. Jacob’s essentials)

(Kawża T-656/17)

(2017/C 402/63)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sumol + Compal Marcas, SA (Carnaxide, il-Portugall) (rappreżentant: A. De Sampaio, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ludwig Manfred Jacob (Heidesheim, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “Dr. Jacob’s essentials” bl-oranġjo, isfar u sfumaturi ta’ aħdar – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 742 903

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-11 ta’ Lulju 2017, fil-Każ R 2067/2016-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top