This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0620
Case T-620/17: Action brought on 08 September 2017 – Teollisuuden Voima v Commission
Kawża T-620/17: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2017 – Teollisuuden Voima vs Il-Kummissjoni
Kawża T-620/17: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2017 – Teollisuuden Voima vs Il-Kummissjoni
ĠU C 402, 27.11.2017, pp. 43–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
27.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 402/43 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2017 – Teollisuuden Voima vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-620/17)
(2017/C 402/57)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Teollisuuden Voima Oyj (Eurajoki, il-Finlandja) (rappreżentanti: M. Powell, solicitor, Y. Utzschneider, K. Struckmann u G. Forwood, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1021, tal-10 ta’ Jannar 2017, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.44727 2016/C (eks 2016/N) li Franza qed tippjana li timplimenta favur il-grupp Areva (1) |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi motivazzjoni suffiċjenti, bi ksur tal-Artikolu 296 TFUE, minħabba t-tneħħijiet eċċessivi fil-verżjoni ppubblikata tad-deċiżjoni kkontestata li jostakolaw lir-rikorrenti milli ssir taf il-motivazzjoni tagħha u lill-Qorti tal-Ġustizzja milli twettaq l-istħarriġ tagħha. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-istabbiliment mill-ġdid tal-vijabbiltà fit-tul ta’ Areva Group.
|
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-evalwazzjoni tal-miżuri proposti għal-limitazzjoni tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq ewlieni li fih ser tkun attiva Areva Group wara r-ristrutturazzjoni. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni safejn l-approvazzjoni tal-għajnuna mill-Istat ġiet suġġetta għal kundizzjonijiet mhux xierqa u insuffiċjenti. |
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq allegazzjoni ta’ żball manifest fil-konstatazzjoni li l-għajnuna mill-Istat hija kompatibbli mas-suq intern, fid-dawl tal-fatt li l-pjan ta’ ristrutturazzjoni propost ma jipprovdix garanziji suffiċjenti li Areva ser tkun kapaċi teżegwixxi fil-ħin il-Proġett OL3, u għalhekk dan imur kontra ċerti għanijiet oħra tat-Trattat UE li kellhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-eżami tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat. |
(2) ĠU 2014 C 249. p. 1, punt 47.