Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TB0451

    Kawża T-451/17 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Awwissu 2017 – Verband der Deutschen Biokraftstoffindustrie vs Il-Kummissjoni [“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kalkolu tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra — Bijodiżil — Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea BL/abd/ener.c.1(2017)2122195 — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza”]

    ĠU C 357, 23.10.2017, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.10.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 357/13


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Awwissu 2017 – Verband der Deutschen Biokraftstoffindustrie vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-451/17 R)

    ([“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kalkolu tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Bijodiżil - Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea BL/abd/ener.c.1(2017)2122195 - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”])

    (2017/C 357/17)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Verband der Deutschen Biokraftstoffindustrie e. V. (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Stein, P. Friton u H.-J. Prieß, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Becker, J.-F. Brakeland u K. Talabér-Ritz, aġenti)

    Suġġett

    Talba għal miżuri provviżorji mressqa abbażi tal-Artikoli 278 u 279 TFUE, intiża sabiex tiġi ordnata s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2017 BK/abd/ener.c.1(2017)2122195.

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top