Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017AR0832

    Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-enerġija rinnovabbli u s-suq intern tal-elettriku

    ĠU C 342, 12.10.2017, p. 79–110 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.10.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 342/79


    Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — L-enerġija rinnovabbli u s-suq intern tal-elettriku

    (2017/C 342/12)

    Relatur:

    Is-Sinjura Matonienė (LT/KRE), Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Šiauliai

    Dokumenti ta’ referenza:

    Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata)

    COM(2016) 767 final

    Proposta għal Regolament dwar is-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni)

    COM(2016) 861 final

    Proposta għal Direttiva dwar regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni)

    COM(2016) 864 final

    Proposta għal Regolament li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (tfassil mill-ġdid)

    COM(2016) 863 final

    Proposta għal Regolament dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku

    COM(2016) 862 final

    I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI

    Emenda 1

    (7)

    Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Għaldaqstant jixraq li tiġi stabbilita mira vinkolanti tal-Unjoni ta’ mill-anqas 27 % ta’ enerġija rinnovabbli. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kontribut tagħhom għall-ilħuq ta’ din il-mira fi ħdan il-pjanijiet nazzjonali integrati tal-enerġija u tal-klima tagħhom permezz ta’ proċess ta’ governanza stabbiliti fir-Regolament [Governance].

    Għaldaqstant jixraq li tiġi stabbilita mira vinkolanti tal-Unjoni ta’ mill-anqas 27 % ta’ enerġija rinnovabbli. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-kontribut tagħhom għall-ilħuq ta’ din il-mira fi ħdan il-pjanijiet nazzjonali integrati tal-enerġija u tal-klima tagħhom permezz ta’ proċess ta’ governanza stabbiliti fir-Regolament [Governance].

     

    Fl-interess ta’ konsistenza mal-Ftehim ta’ Pariġi, se jkun meħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu l-miri vinkolanti tagħhom stess li jipprevedu proporzjon ogħla ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli.

    Raġuni

    L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jistabbilixxu miri vinkolanti nazzjonali aktar ambizzjużi għas-sehem tagħhom ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli. F’dan il-proċess, huma jistgħu jimmiraw li jiksbu sehem akbar ta’ enerġija rinnovabbli mill-mira vinkolanti tal-UE ta’ 27 %. Madankollu, l-iffissar ta’ mira nazzjonali għandha titħalla f’idejn kull Stat Membru li jiddeċiedi wara li jikkunsidra l-għażliet, il-ħtiġijiet u ċ-ċirkostanzi tiegħu stess. L-ebda mira vinkolanti ogħla m’għandha tiġi stabbilita fil-livell tal-UE.

    Emenda 2

    (13)

    Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattika bejn l-awtoritajiet jew il-korpi nazzjonali jew reġjonali kompetenti, pereżempju permezz ta’ laqgħat regolari biex isibu approċċ komuni ħalli jippromwovi aktar proġetti ta’ enerġija rinnovabbli kosteffikaċi, jinkoraġġixxu l-investiment f’teknoloġiji nodfa, ġodda u flessibbli, u jistabbilixxu strateġija adegwata biex jimmaniġġjaw l-irtirar ta’ teknoloġiji li ma jikkontribwux għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet jew li ma joffrux biżżejjed flessibbiltà, abbażi ta’ kriterji trasparenti u sinjali tal-prezz tas-suq affidabbli.

    Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattika bejn l-awtoritajiet jew il-korpi nazzjonali jew reġjonali u lokali kompetenti, pereżempju permezz ta’ laqgħat regolari biex isibu approċċ komuni ħalli jippromwovi aktar proġetti ta’ enerġija rinnovabbli kosteffikaċi, jinkoraġġixxu l-investiment f’teknoloġiji nodfa, ġodda u flessibbli, u jistabbilixxu strateġija adegwata biex jimmaniġġjaw l-irtirar ta’ teknoloġiji li ma jikkontribwux għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet jew li ma joffrux biżżejjed flessibbiltà, abbażi ta’ kriterji trasparenti u sinjali tal-prezz tas-suq affidabbli.

    Raġuni

    It-test propost mill-Kummissjoni għandu jirreferi wkoll għall-awtoritajiet lokali. Dan huwa importanti ħafna għaliex l-awtoritajiet lokali fis-settur tal-enerġija jikkontribwixxu direttament għall-espansjoni tal-enerġija rinnovabbli fit-territorju tagħhom u għall-implimentazzjoni tal-għanijiet nazzjonali fil-qasam tal-enerġija.

    Emenda 3

    (15)

    Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    L-iskemi ta’ appoġġ għall-elettriku ġġenerat minn sorsi rinnovabbli wrew li huma mod effettiv biex jitrawwem l-użu tal-elettriku rinnovabbli. Jekk u meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jimplimentaw l-iskemi ta’ appoġġ, dan l-appoġġ għandu jkun ipprovdut f’forma li tkun mhux ta’ tfixkil possibbli għall-funzjonament tas-swieq tal-elettriku. Għal dan l-għan, għadd dejjem jiżdied ta’ Stati Membri jallokaw l-appoġġ f’forma fejn l-appoġġ jingħata flimkien ma’ dħul finanzjarju fis-suq.

    L-iskemi ta’ appoġġ għall-elettriku ġġenerat minn sorsi rinnovabbli wrew li huma mod effettiv biex jitrawwem l-użu tal-elettriku rinnovabbli. Jekk u meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jimplimentaw l-iskemi ta’ appoġġ, dan l-appoġġ għandu jkun ipprovdut f’forma li tkun mhux ta’ tfixkil possibbli għall-funzjonament tas-swieq tal-elettriku. Għal dan l-għan, għadd dejjem jiżdied ta’ Stati Membri jallokaw l-appoġġ f’forma fejn l-appoġġ jingħata flimkien ma’ dħul finanzjarju fis-suq u għaldaqstant jeħtieġ li l-produtturi tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli jingħataw inċentiv biex ikunu jistgħu jirreaġixxu għas-sinjali tas-suq .

    Raġuni

    Il-Proposta għal Direttiva tal-UE dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli tistabbilixxi li l-iskemi ta’ appoġġ għas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli m’għandhomx iwasslu għal distorsjonijiet fis-suq, u għalhekk jeħtieġ li l-produtturi tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli jingħataw inċentiv biex ikunu jistgħu jirreaġixxu għas-sinjali tas-suq.

    Emenda 4

    (33)

    Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Fil-livell nazzjonali u reġjonali, regoli u obbligi għal rekwiżiti minimi għall-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli f’bini ġdid jew irrenovat wasslu għal żidiet konsiderevoli fl-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli. Dawk il-miżuri għandhom jiġu inkoraġġiti f’kuntest tal-Unjoni usa’, filwaqt li jkun promoss l-użu ta’ applikazzjonijiet ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli b’aktar effiċjenza tal-enerġija f’regolamenti u kodiċijiet tal-bini.

    Fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali , regoli u obbligi għal rekwiżiti minimi għall-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli f’bini ġdid jew irrenovat wasslu għal żidiet konsiderevoli fl-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli. Dawk il-miżuri għandhom jiġu inkoraġġiti f’kuntest tal-Unjoni usa’, filwaqt li jkun promoss l-użu ta’ applikazzjonijiet ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli b’aktar effiċjenza tal-enerġija f’regolamenti u kodiċijiet tal-bini.

    Raġuni

    Qed jiġi suġġerit li ssir referenza wkoll għall-awtoritajiet lokali. Il-muniċipalitajiet jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi għall-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli huma u jfasslu pjani għall-iżvilupp tal-enerġija sostenibbli u l-użu tal-enerġiji rinnovabbli.

    Emenda 5

    (54)

    Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini lokali fi proġetti ta’ enerġija rinnovabbli permezz ta’ komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli rriżultat f’valur miżjud sostanzjali f’termini ta’ aċċettazzjoni lokali tal-enerġija rinnovabbli u aċċess għal kapital privat addizzjonali. Dan l-involviment lokali se jkunu dejjem aktar importanti f’kuntest ta’ żieda fil-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli fil-futur.

    Il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini lokali fi proġetti ta’ enerġija rinnovabbli permezz ta’ komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli rriżultat f’valur miżjud sostanzjali f’termini ta’ aċċettazzjoni lokali tal-enerġija rinnovabbli u aċċess għal kapital privat addizzjonali. Dan l-involviment lokali se jkunu dejjem aktar importanti f’kuntest ta’ żieda fil-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli fil-futur.

     

    Il-ħolqien ta’ tali komunitajiet għandu jiġi promoss fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali.

    Raġuni

    Il-proposta tal-Kummissjoni tenfasizza li l-konsumaturi għandhom ikunu parteċipanti attivi fis-suq il-ġdid tal-elettriku. Il-komunitajiet lokali tal-enerġija jistgħu jkunu mezz effiċjenti ta’ ġestjoni tal-enerġija fil-livell lokali, fejn l-elettriku ġenerat jintuża direttament jew jintuża għat-tkessiħ u t-tisħin, u għaldaqstant il-ħolqien ta’ tali komunitajiet għandu jiġi promoss fil-livelli kollha ta’ governanza u amministrazzjoni.

    Emenda 6

    (55)

    Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Il-karatteristiċi speċifiċi ta’ komunitajiet lokali tal-enerġija rinnovabbli f’termini ta’ daqs, struttura ta’ sjieda u n-numru ta’ proġetti jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni tagħhom fuq bażi ugwali ma’ atturi fuq skala kbira, jiġifieri l-kompetituri bi proġetti akbar jew differenti. Miżuri li jikkumpensaw dawk l-iżvantaġġi jinkludu l-permess lill-komunitajiet tal-enerġija li joperaw fis-sistema tal-enerġija u l-faċilitazzjoni tal-integrazzjoni tagħhom fis-suq.

    Il-karatteristiċi speċifiċi ta’ komunitajiet lokali tal-enerġija rinnovabbli f’termini ta’ daqs, struttura ta’ sjieda u n-numru ta’ proġetti jistgħu jfixklu l-kompetizzjoni tagħhom fuq bażi ugwali ma’ atturi fuq skala kbira, jiġifieri l-kompetituri bi proġetti akbar jew differenti. Miżuri li jikkumpensaw dawk l-iżvantaġġi jinkludu l-permess lill-komunitajiet tal-enerġija li joperaw fis-sistema tal-enerġija u l-faċilitazzjoni tal-integrazzjoni tagħhom fis-suq. Huwa propost li l-Istati Membri, f’kooperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom, ifasslu rakkomandazzjonijiet li jistabbilixxu l-prinċipji bażiċi li jirregolaw l-istrutturi u l-attivitajiet tal-komunitajiet.

    Raġuni

    Il-pożizzjoni tal-Kummissjoni fil-proposta hija li ċ-ċittadini għandhom jassumu r-responsabbiltà għall-konverżjoni tas-sistema tal-enerġija, inaqqsu l-konsum tal-enerġija tagħhom u jipparteċipaw b’mod attiv fis-suq permezz ta’ teknoloġiji ġodda u b’hekk il-komunitajiet lokali tal-enerġija jistgħu jkunu mezz effiċjenti għall-ġestjoni tal-enerġija fil-livell lokali. Sabiex jinkisbu dawn l-objettivi jeħtieġ li l-popolazzjoni tingħata informazzjoni dettaljata dwar kif jinħolqu l-komunitajiet, dwar l-attivitajiet u l-opportunitajiet tagħhom u x’benefiċċji jipprovdu.

    Emenda 7

    Artikolu 3(1), (2) u (4)

    Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    1.   L-Istati Membri għandhom kollettivament jiżguraw li l-parti tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija tal-Unjoni fl-2030 tkun ta’ mill-inqas 27 %.

    1.   L-Istati Membri għandhom kollettivament jiżguraw li l-parti tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija tal-Unjoni fl-2030 tkun ta’ mill-inqas 27 %. Wara evalwazzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet lokali, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu miri vinkolanti proprji li jipprovdu għal proporzjon akbar.

    2.    Il-kontributi rispettivi tal-Istati Membri lejn din il-mira kumplessiva tal-2030 għandhom jiġu ffissati u nnotifikati lill-Kummissjoni bħala parti mill-Pjanijiet Integrati Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima skont l-Artikoli minn 3 sa 5 u mill-Artikoli 9 sa 11 tar-Regolament [Governance].

    2.    Il-mod kif l-Istati Membri se jilħqu din il-mira kumplessiva tal-2030 għandu jiġi stabbilit u nnotifikat lill-Kummissjoni bħala parti mill-Pjanijiet Integrati Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima skont l-Artikoli minn 3 sa 5 u mill-Artikoli 9 sa 11 tar-Regolament [Governance].

    4.   Il-Kummissjoni għandha tappoġġja l-ambizzjoni għolja tal-Istati Membri permezz ta’ qafas abilitanti li jikkonsisti fl-użu mtejjeb tal-fondi tal-Unjoni, b’mod partikolari l-istrumenti finanzjarji, speċjalment fid-dawl tat-tnaqqis tal-ispejjeż tal-kapital għal proġetti tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli.

    4.   Il-Kummissjoni għandha tappoġġja l-ambizzjoni għolja tal-Istati Membri permezz ta’ qafas abilitanti li jikkonsisti fl-użu mtejjeb tal-fondi tal-Unjoni, b’mod partikolari l-istrumenti finanzjarji, speċjalment fid-dawl tat-tnaqqis ta’ spejjeż ekonomiċi li jvarjaw għal proġetti tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u t-titjib tal-kapaċitajiet u tal-kompetittività teknoloġika għall-manifatturi u l-installaturi Ewropej jew l-interess tal-konsumaturi biex jakkwistaw l-enerġiji rinnovabbli . Bl-istess mod, permezz tal-użu tal-fondi tal-UE, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi mekkaniżmi li, meta jitqiesu l-fatturi u ċ-ċirkostanzi differenti, se jinkoraġġixxu reġjuni jew Stati Membri li l-progress tagħhom fl-enerġiji rinnovabbli jista’ jitqies ogħla mill-medja.

     

    6.     Kull Stat Membru għandu jiżgura li s-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross ta’ enerġija fl-2030, ikkalkulat skont il-kontenut ta’ din id-Direttiva, ikun mill-inqas il-mira globali nazzjonali tiegħu (maqsuma f’elettriku, konsum termali u trasport) għas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli f’dik is-sena, kif stabbilit fl-Anness XX.

    Raġuni

    Rigward l-Artikolu 3(1)

    L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jistabbilixxu miri vinkolanti nazzjonali aktar ambizzjużi għas-sehem tagħhom ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli. F’dan il-proċess, huma jistgħu jimmiraw li jiksbu sehem ta’ enerġija rinnovabbli akbar mill-mira vinkolanti tal-UE ta’ 27 %. Madankollu, l-iffissar ta’ mira nazzjonali għandha titħalla f’idejn kull Stat Membru li jiddeċiedi wara li jikkunsidra l-għażliet, il-ħtiġijiet u ċ-ċirkostanzi tiegħu stess. L-ebda mira vinkolanti ogħla m’għandha tiġi stabbilita fil-livell tal-UE.

    Rigward l-Artikolu 3(4)

    L-emenda tintroduċi l-idea li l-fondi Ewropej jistgħu jiġu allokati f’ammonti akbar lil dawk il-pajjiżi (u possibbilment reġjuni) li jiksbu l-aktar suċċess fil-promozzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Tali mekkaniżmu għandu jqis iċ-ċirkostanzi differenti ta’ kull pajjiż u jaġixxi bħala inċentiv għalihom. Barra minn hekk, għal żvilupp bilanċjat u kompetittiv, il-fondi pubbliċi m’għandhomx jintużaw għal għan wieħed biss.

    Rigward l-Artikolu 3(6)

    L-emenda tirkupra t-test tad-Direttiva preċedenti, li kien jobbliga lil kull Stat Membru jistabbilixxi u jimpenja ruħu favur l-objettivi nazzjonali tiegħu stess. Qed jiġi ssuġġerit ukoll li dawn l-objettivi għandhom ikunu dettaljati mill-aspett elettriku, termali u relatat mat-trasport.

    Emenda 8

    Artikolu 4

    Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    1.   Suġġett għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, biex tintlaħaq il-mira tal-Unjoni ffissata fl-Artikolu 3(1), l-Istati Membri jistgħu japplikaw għal skemi ta’ appoġġ. L-iskemi ta’ appoġġ għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli għandhom jitfasslu b’mod li jevita distorzjonijiet bla bżonn tas-swieq tal-elettriku u li jiżgura li l-produtturi jqisu l-provvista u d-domand tal-elettriku kif ukoll il-limiti possibbli tal-grilja.

    1.   Suġġett għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, biex tintlaħaq il-mira tal-Unjoni ffissata fl-Artikolu 3(1), l-Istati Membri jistgħu japplikaw għal skemi ta’ appoġġ. L-iskemi ta’ appoġġ għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli (u r-regolamenti kollha relatati mas-suq tagħhom stess) għandhom jitfasslu b’mod li jevita distorzjonijiet tas-swieq tal-elettriku (b’rabta mal-internalizzazzjoni tal-ispejjeż kollha u r-riskji ambjentali), sabiex ikun garantit li ma jintlaqtux l-affidabbiltà u l-kwalità tal-provvista, il-kompetittività u l-affordabbiltà , u sabiex jiżgura li l-produtturi jqisu l-provvista u d-domanda tal-elettriku kif ukoll il-limiti possibbli tal-grilja.

    2.   L-appoġġ għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli għandu jitfassal b’mod li jintegra l-elettriku minn sorsi rinnovabbli fis-suq tal-elettriku u jiżgura li l-produtturi tal-enerġija rinnovabbli qed iwieġbu għas-sinjali tal-prezz tas-suq u jimmassimizzaw l-introjti tagħhom mis-suq.

    2.   L-appoġġ għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli għandu jitfassal b’mod li jintegra l-elettriku minn sorsi rinnovabbli fis-suq tal-elettriku u jiżgura li l-produtturi tal-enerġija rinnovabbli qed iwieġbu għas-sinjali tal-prezz tas-suq u jimmassimizzaw l-introjti tagħhom mis-suq.

    3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ għall-elettriku rinnovabbli jingħata b’mod miftuħ, trasparenti, kompetittiv, mhux diskriminatorju u kosteffiċjenti.

    3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ għall-elettriku rinnovabbli jingħata b’mod miftuħ, trasparenti, kompetittiv, mhux diskriminatorju u kosteffiċjenti.

    4.   L-Istati Membri għandhom jivvalutaw l-effettività tal-appoġġ tagħhom għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli tal-anqas darba kull erba’ snin. Id-deċiżjonijiet dwar il-kontinwazzjoni jew il-prolongazzjoni tal-appoġġ u t-tfassil ta’ appoġġ ġdid għandhom jissejsu fuq ir-riżultati tal-valutazzjonijiet.

    4 .    L-Istati Membri jistgħu jaġġustaw l-iskemi ta’ appoġġ finanzjarju fir-reġjuni ultraperiferiċi abbażi tal-ispejjeż ta’ produzzjoni reali li jirriżultaw minn karatteristiċi speċifiċi jew id-dipendenza fuq sorsi esterni, bl-għan li jiżdied l-elettriku ġġenerat minn sorsi rinnovabbli u minn sorsi oħra ta’ enerġija nadifa prodotta domestikament.

     

    5 .   L-Istati Membri għandhom jivvalutaw l-effettività tal-appoġġ tagħhom għall-elettriku minn sorsi rinnovabbli tal-anqas darba kull erba’ snin. Id-deċiżjonijiet dwar il-kontinwazzjoni jew il-prolongazzjoni tal-appoġġ u t-tfassil ta’ appoġġ ġdid għandhom jissejsu fuq ir-riżultati tal-valutazzjonijiet.

    Raġuni

    Rigward l-Artikolu 4(1)

    Meta jitqiesu d-distorsjonijiet fis-swieq ikkawżati minn regolamenti nazzjonali jew minn kumpaniji tal-karburanti fossili li joperaw taħthom, ikun xieraq li d-distorsjoni fis-suq imsemmija mid-Direttiva titpoġġa fil-kuntest.

    L-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli għandu jiġi integrat fis-suq tal-elettriku billi jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi ta’ kull teknoloġija. L-użu tal-prezz bħala l-uniku prinċipju gwida jista’ jaħbi r-realtà.

    Rigward l-Artikolu 4(2)

    L-integrazzjoni ta’ sorsi rinnovabbli differenti kieku għandha ssir fir-rigward tal-pekuljaritajiet tat-teknoloġija. Li nipprovaw nistabbilixxu l-prezz bħala indikatur uniku, jista’ jkun li nkunu qed niffalsifikaw is-sitwazzjoni reali.

    Rigward l-Artikoli 4(3) u 4(5)

    Iċ-ċentralizzazzjoni mhix f’konformità mal-objettiv tal-Kummissjoni li tagħti diskrezzjoni wiesgħa lill-Istati Membri biex jipprovdu appoġġ b’mod miftuħ, trasparenti, kompetittiv, mhux diskriminatorju u kosteffettiv. Peress li l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu r-rekwiżiti ta’ miri tagħhom, referenza għal kriterji tal-UE obbligatorji mhix f’lokha.

    Emenda 9

    Artikolu 5(2)

    Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    2.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ għal tal-anqas 10 % tal-kapaċità ġdida appoġġjata f’kull sena mill-2021 sal-2025 u tal-anqas 15 % tal-kapaċità ġdida appoġġjata f’kull sena mill-2026 sal-2030 jkun miftuħ għal stallazzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri oħrajn.

    2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ għal tal-anqas 10 % tal-kapaċità ġdida appoġġjata f’kull sena mill-2021 sal-2025 u tal-anqas 15 % tal-kapaċità ġdida appoġġjata f’kull sena mill-2026 sal-2030 jkun miftuħ għal stallazzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri oħrajn. Għandha tingħata wkoll promozzjoni lill-investimenti fil-kooperazzjoni transkonfinali li jipprevedu l-livell adatt ta’ interkonnessjonijiet.

    Raġuni

    Meta titnaqqas l-enfasi fuq is-sejħa għal offerti transfruntiera s-sistema titlef l-pressjoni kompetittiva. Għad hemm potenzjal biex jitnaqqsu l-ispejjeż. Għalhekk huwa importanti li tinħoloq kapaċità ta’ interkonnessjoni adatta bejn l-Istati Membri.

    Emenda 10

    Artikolu 6

    Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Bla ħsara għall-adattamenti neċessarji għall-konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-livell tal-appoġġ mogħti lill-proġetti tal-enerġija rinovabbli, u l-kundizzjonijiet mehmuża miegħu, ma jiġux riveduti b’xi mod li jħalli impatti negattivi fuq id-drittijiet mogħtija hemmekk u fuq l-ekonomija tal-proġetti appoġġati.

    Bla ħsara għall-adattamenti neċessarji għall-konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, jew ċirkostanzi speċjali oħrajn ta’ force majeure li għandhom jiġu stabbiliti fuq bażi ta’ każ b’każ mill-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-livell tal-appoġġ mogħti lill-proġetti tal-enerġija rinovabbli, u l-kundizzjonijiet mehmuża miegħu, ma jiġux riveduti b’xi mod li jħalli impatti negattivi fuq id-drittijiet mogħtija hemmekk u fuq l-ekonomija tal-proġetti appoġġati.

    Raġuni

    Għandha tiġi permessa ċerta flessibbiltà lill-Istati Membri f’każijiet ta’ force majeure jew f’każijiet fejn il-fondi pubbliċi li huma ddedikati, pereżempju, għall-edukazzjoni u s-saħħa, jinsabu f’riskju ta’ tnaqqis fil-baġit filwaqt li l-fondi allokati għall-promozzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli ma jintmissux.

    Emenda 11

    Artikolu 7(1)

    Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Għall-kalkolu tal-konsum finali gross ta’ Stat Membru tal-enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, il-kontribut mill-bijokarburanti u l-bijolikwidi, kif ukoll mill-karburanti mill-bijomassa kkonsmati fit-trasport, jekk prodotti minn għelejjel tal-ikel jew tal-għalf, m’għandux jaqbeż is-7 % tal-konsum finali tal-enerġija għat-trasport fit-toroq u l-ferroviji f’dak l-Istat Membru. Dan il-limitu għandu jitnaqqas għal 3,8  % fl-2030 b’segwiment tal-perkors stipulat fil-parti A tal-Anness X. L-Istati Membri jistgħu jiffissaw limitu aktar baxx u jistgħu jiddistingwu bejn tipi differenti ta’ bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa prodotti minn għelejjel tal-ikel u l-għalf, pereżempju billi jiffissaw limitu aktar baxx għall-kontribut mill-bijokarburanti bbażati fuq l-għelejjel mill-ikel u l-għalf, b’qies indirett tal-bidla indiretta fl-użu tal-art.

    Għall-kalkolu tal-konsum finali gross ta’ Stat Membru tal-enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, il-kontribut mill-bijokarburanti u l-bijolikwidi, kif ukoll mill-karburanti mill-bijomassa kkonsmati fit-trasport, jekk prodotti minn għelejjel tal-ikel jew tal-għalf, minbarra l-bijokarburanti ta’ riskju baxx tat-tibdil indirett tal-użu tal-art kif definiti fl-Artikolu 2(u) , għat-trasport fit-toroq u l-ferroviji f’dak l-Istat Membru. Dan il-limitu għandu jitnaqqas għal 3,8  % fl-2030 b’segwiment tal-perkors stipulat fil-parti A tal-Anness X. L-Istati Membri jistgħu jiffissaw limitu aktar baxx u jistgħu jiddistingwu bejn tipi differenti ta’ bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa prodotti minn għelejjel tal-ikel u l-għalf, pereżempju billi jiffissaw limitu aktar baxx għall-kontribut mill-bijokarburanti bbażati fuq l-għelejjel mill-ikel u l-għalf, b’qies indirett tal-bidla indiretta fl-użu tal-art.

    Raġuni

    Il-bijokarburanti konvenzjonali bi prestazzjoni klimatika u sostenibbiltà tajbin, inkluż riskju baxx tat-tibdil indirett fl-użu tal-art (ILUC), ma għandhomx jitneħħew gradwalment. Il-FAO tippromovi l-produzzjoni sostenibbli tal-ikel u l-fjuwil. Hemm żoni kbar ta’ art agrikola mistrieħa fl-UE u t-tneħħija gradwali timpedixxi l-użu flessibbli tar-riżorsi u l-iżvilupp tat-teknoloġija.

    Emenda 12

    Artikolu 9(1)

    Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    1.   Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jikkooperaw għal kull tip ta’ proġetti konġunti marbuta mal-produzzjoni tal-elettriku, it-tisħin jew it-tkessiħ minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Din il-kooperazzjoni tista’ tinvolvi operaturi privati.

    1.   Żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jikkooperaw għal kull tip ta’ proġetti konġunti marbuta mal-produzzjoni tal-elettriku, it-tisħin jew it-tkessiħ minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Din il-kooperazzjoni tista’ tinvolvi operaturi privati. Għandhom jiġu enfasizzati b’mod partikolari l-benefiċċji tal-kooperazzjoni reġjonali.

    Raġuni

    Huwa importanti li tiġi enfasizzata l-importanza tal-kooperazzjoni reġjonali fis-suq tal-enerġija rinnovabbli. Il-kooperazzjoni fil-livell reġjonali tista’ tkun ta’ vantaġġ ekonomiku kbir iżda toffri wkoll opportunitajiet ġenwini għall-iżvilupp komuni tas-suq intern tal-elettriku.

    Emenda 13

    Artikolu 11(1)

    Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Stat Membru wieħed jew aktar jistgħu jikkooperaw ma’ pajjiż terz jew aktar dwar kull tip ta’ proġetti konġunti rigward il-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli. Din il-kooperazzjoni tista’ tinvolvi operaturi privati.

    Stat Membru wieħed jew aktar jistgħu jikkooperaw ma’ pajjiż terz jew aktar dwar kull tip ta’ proġetti konġunti rigward il-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli. Din il-kooperazzjoni tista’ tinvolvi operaturi privati.

    Impjanti għall-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli li jinsabu f’pajjiżi terzi li huma inklużi fil-proġetti konġunti għandhom jikkonformaw matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom ma’ standards ambjentali, soċjali, tax-xogħol u tas-sikurezza applikati b’mod ġenerali fl-Unjoni Ewropea u fl-Istat Membru li jkollu l-intenzjoni li juża din il-produzzjoni tal-enerġija fil-kontijiet nazzjonali tiegħu stess.

    Raġuni

    Din is-salvagwardja hija intiża sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet potenzjali ta’ dumping fit-trasferimenti tal-enerġija ma’ pajjiżi li mhumiex Stati Membri.

    Emenda 14

    Artikolu 16(1)

    Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Sal-1 ta’ Jannar 2021, l-Istati Membri għandhom iwaqqfu punt ta’ kuntatt amministrattivi singulari wieħed jew aktar li jikkoordina l-proċess tal-għoti tal-permessi kollu kemm hu għall-applikanti tal-permessi biex jinbnew u jitħaddmu impjanti u infrastrutturi tan-netwerks tad-distribuzzjoni u tat-trażmissjoni assoċjata għall-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

    Sal-1 ta’ Jannar 2021, l-Istati Membri għandhom iwaqqfu punt ta’ kuntatt amministrattivi singulari wieħed jew aktar li jikkoordina l-proċess tal-għoti tal-permessi kollu kemm hu għall-applikanti tal-permessi biex jinbnew u jitħaddmu impjanti u infrastrutturi tan-netwerks tad-distribuzzjoni u tat-trażmissjoni assoċjata għall-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli. Dawn il-punti ta’ kuntatt jistgħu jkunu ġestiti mir-reġjuni jew mill-awtoritajiet lokali fil-qasam tal-kompetenzi tagħhom.

    Raġuni

    Huwa maħsub li tingħata aktar rilevanza lill-entitajiet reġjonali u lokali fil-ġestjoni ta’ proġetti ta’ enerġija rinnovabbli. Dawn l-entitajiet għandhom setgħat ta’ ġestjoni anke għal ċerti tipi ta’ faċilitajiet.

    Emenda 15

    Artikolu 19(2), (7)

    Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    2.   […]

    2.   […]

    Stat Membru għandu jiżgura li ma jinħarġu l-ebda garanziji tal-oriġini lil produttur li jirċievi appoġġ finanzjarju minn skema ta’ appoġġ għall-istess produzzjoni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli. Stat Membru għandu joħroġ it-tali garanziji tal-oriġini u jittrasferihom lis-suq billi jirkantahom. L-introjtu mdaħħal permezz tal-irkantar għandu jintuża biex ipatti għall-ispejjeż tal-appoġġ għar-rinnovabbli.

    Stat Membru għandu jiżgura li ma jinħarġu l-ebda garanziji tal-oriġini lil produttur li jirċievi appoġġ finanzjarju minn skema ta’ appoġġ għall-istess produzzjoni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli.

    7.   Garanzija tal-oriġini għandha tispeċifika, għall-inqas:

    7.   Garanzija tal-oriġini għandha tispeċifika, għall-inqas:

    (a)

    is-sors ta’ enerġija li minnu ġiet prodotta l-enerġija u d-dati ta’ bidu u ta’ tmiem tal-produzzjoni;

    (a)

    is-sors ta’ enerġija li minnu ġiet prodotta l-enerġija u d-dati ta’ bidu u ta’ tmiem tal-produzzjoni;

    (b)

    jekk din hijiex relatata ma’:

    (i)

    l-elettriku; jew

    (ii)

    il-gass, jew

    (iii)

    it-tisħin jew it-tkessiħ;

    (b)

    jekk din hijiex relatata ma’:

    (i)

    l-elettriku; jew

    (ii)

    il-gass, jew

    (iii)

    it-tisħin jew it-tkessiħ;

    (c)

    l-identità, il-post, it-tip u l-kapaċità tal-impjant fejn ġiet prodotta l-enerġija;

    (c)

    l-identità, il-post, it-tip u l-kapaċità tal-impjant fejn ġiet prodotta l-enerġija;

    (d)

    jekk l-impjant ibbenefika minn appoġġ għall-investiment u jekk l-unità tal-enerġija bbenefikat b’xi mod minn skema ta’ appoġġ nazzjonali , u t-tip ta’ skema ta’ appoġġ;

    d)

    jekk l-impjant ibbenefika minn appoġġ għall-investiment u jekk l-unità tal-enerġija bbenefikat b’xi mod minn skema ta’ appoġġ pubbliku , u t-tip ta’ din l-iskema ta’ appoġġ;

    (e)

    id-data li fiha l-impjant sar operattiv;

    (e)

    id-data li fiha l-impjant sar operattiv;

    (f)

    id-data u l-pajjiż ta’ ħruġ u numru ta’ identifikazzjoni uniku.

    (f)

    id-data u l-pajjiż ta’ ħruġ u numru ta’ identifikazzjoni uniku.

    Informazzjoni simplifikata tista’ tkun speċifika għall-garanziji tal-oriġini minn stallazzjonijiet ta’ skala żgħira.

    Informazzjoni simplifikata tista’ tkun speċifika għall-garanziji tal-oriġini minn stallazzjonijiet ta’ skala żgħira.

    Raġuni

    Rigward l-Artikolu 19(2)

    Huwa importanti ħafna li l-produtturi tal-enerġija rinnovabbli ma jingħatawx darbtejn l-istess garanzija ta’ oriġini – permezz ta’ skemi ta’ appoġġ ta’ għajnuna mill-Istat u garanziji ta’ rkantar ta’ oriġini.

    Rigward l-Artikolu 19(7)

    L-għajnuna pubblika m’għandhiex għalfejn tiġi biss mill-pajjiżi.

    Emenda 16

    Artikolu 20

    Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    1.    Fejn ikun rilevanti, l-Istati Membri għandhom jevalwaw il-ħtieġa tal-estensjoni tal-infrastuttura tan-netwerk tal-gass eżistenti sabiex jiffaċilitaw l-integrazzjoni tal-gass minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

    1.     Soġġett għar-rekwiżiti marbuta maż-żamma tal-affidabbiltà u s-sigurtà tal-grilja, fuq il-bażi ta’ kriterji trasparenti u mhux diskriminatorji ddefiniti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti:

    a)

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi tas-sistemi ta’ trasmissjoni u l-operaturi tas-sistema ta’ distribuzzjoni jiggarantixxu fit-territorju tagħhom it-trasmissjoni u d-distribuzzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, inkluża l-installazzjoni ta’ sistemi għall-ħażna tal-enerġija elettrika u sistemi għall-ġestjoni tal-potenza mill-batteriji bil-għan li jiġu eliminati l-perturbazzjonijiet marbutin mas-sorsi intermittenti ta’ enerġija rinnovabbli u biex tiġi żgurata l-istabbiltà tal-grilja tal-elettriku;

    (b)

    L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll jew għal aċċess prijoritarju jew għal aċċess garantit għas-sistema tal-grilja tal-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli;

    (c)

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fl-implimentazzjoni ta’ impjanti li jiġġeneraw l-elettriku, l-operaturi ta’ sistemi ta’ trasmissjoni għandhom jagħtu prijorità lill-impjanti ta’ ġenerazzjoni li jużaw sorsi ta’ enerġija rinnovabbli sa fejn tippermetti l-operazzjoni sikura tas-sistema tal-elettriku nazzjonali u fuq il-bażi ta’ kriterji trasparenti u mhux diskriminatorji. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri operattivi xierqa relatati mal-grilja u mas-suq sabiex ikunu minimizzati r-restrizzjoniet fuq l-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Fil-każ li jittieħdu miżuri sinifikanti biex jitnaqqsu s-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli sabiex tkun garantita s-sigurtà tas-sistema nazzjonali tal-elettriku u s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi responsabbli mis-sistema jirrappurtaw lill-awtorità regolatorja kompetenti dwar dawk il-miżuri u jindikaw liema miżuri korrettivi għandhom l-intenzjoni li jieħdu sabiex jevitaw restrizzjonijiet mhux adatti.

    d)

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-remunerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli hija f’konformità mal-kriterji ta’ trasparenza, filwaqt li jitqiesu l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-elettriku ġġenerat mill-karburanti fossili fil-grilja tal-elettriku fejn tiġi injettata l-enerġija rinnovabbli, b’mod speċifiku f’sistemi iżolati żgħar, u b’hekk jitneħħew id-distorzjonijiet introdotti minħabba appoġġ u benefiċċji potenzjali li jingħataw lis-sistemi konvenzjonali tal-produzzjoni u lis-sistemi tal-provvista tal-karburanti fossili, sabiex jiġu evitati distorzjonijiet li jiffavorixxu s-sorsi ta’ enerġija ġġenerata mill-karburanti fossili għad-detriment tal-enerġija rinnovabbli.

    e)

    Jeħtieġ li l-impjanti tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli essenzjalment immirati għall-awtokonsum, b’mod partikolari fis-settur residenzjali, jiġu żgurati li l-enerġija żejda tista’ tiġi injettata fin-netwerk pubbliku, b’limiti tal-potenza u l-enerġija abbażi tal-konsum effettiv, u għandu jkollhom proċeduri ta’ awtorizzazzjoni ffaċilitati u prezzijiet ġusti ta’ remunerazzjoni abbażi tal-prezzijiet tal-enerġija fornita lill-konsumatur.

     

    2 .   Fejn ikun rilevanti, l-Istati Membri għandhom jevalwaw il-ħtieġa tal-estensjoni tal-infrastuttura tan-netwerk tal-gass eżistenti sabiex jiffaċilitaw l-integrazzjoni tal-gass minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

    3.    Soġġett għall-evalwazzjoni tagħhom inkluża fil-pjanijiet integrati nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima skont l-Anness I tar-Regolament [Governance], dwar in-neċessità li tinbena infrastruttura ġdida għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali prodotti minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli bil-għan li tinkiseb il-mira tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-Direttiva l-Istati Membri għandhom, fejn ikun rilevanti, jieħdu passi bil-għan li tkun żviluppata infrastruttura distrettwali għat-tisħin sabiex takkomoda l-iżvilupp tal-produzzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ minn faċilitajiet kbar tal-bijomassa, solari u ġeotermali.

    3.     Fejn ikun rilevanti, l-Istati Membri għandhom jevalwaw il-ħtieġa tal-iżvilupp tal-infrastuttura attwali tan-netwerk tal-karburant għat-trasport sabiex tiġi faċilitata l-integrazzjoni tal-karburant minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

     

    4 .   Soġġett għall-evalwazzjoni tagħhom inkluża fil-pjanijiet integrati nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima skont l-Anness I tar-Regolament [Governance], dwar il-possibilità u l-interess li tinbena infrastruttura ġdida għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali prodotti minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli bil-għan li tinkiseb il-mira tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-Direttiva l-Istati Membri għandhom, fejn ikun rilevanti, jieħdu passi bil-għan li tkun żviluppata infrastruttura għall-użu tal-enerġija termali (pereżempju permezz ta’ sistemi għat-tisħin distrettwali) sabiex takkomoda l-iżvilupp tal-produzzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ minn faċilitajiet kbar tal-bijomassa, solari u ġeotermali.

    Raġuni

    Rigward dak li qabel kien l-Artikolu 20(2)

    Huwa ssuġġerit li jinżamm il-paragrafu tad-Direttiva preċedenti li jagħti preferenza għall-aċċess, id-dispaċċ u l-konnessjoni tal-elettriku rinnovabbli.

    Rigward l-Artikolu 20(3) tal-opinjoni

    Bħal fil-każ tal-bijogass, qed jiġi ffaċilitat id-dħul ta’ kwalunkwe karburant ta’ oriġini rinnovabbli fl-infrastruttura tad-distribuzzjoni għall-karburant tat-trasport.

    Rigward l-Artikolu 20(4) tal-opinjoni

    Il-kelma “neċessità” hija evitata, li jidher li qed jiġi suġġerit li t-tisħin u t-tkessiħ distrettwali huma l-uniku mod kif jintlaħqu l-objettivi tal-UE.

    Emenda 17

    Artikolu ġdid wara l-Artikolu 20

    Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

     

    Dwar in-negozju u l-iżvilupp teknoloġiku.

    1.     Bħalissa, l-Unjoni Ewropea għandha rwol ta’ tmexxija teknoloġika u kummerċjali globali fil-qasam tas-SER abbażi tal-kompetittività tal-kumpaniji tagħna li jfornu prodotti u servizzi, minn manifatturi ta’ tagħmir għal konsulenti għal installaturi, dawk li jieħdu ħsieb il-manutenzjoni jew istituzzjonijiet finanzjarji.

    Huwa l-għan prijoritarju tal-Kummissjoni li tikkonsolida u tespandi din it-tmexxija sal-2030.

    2.     Kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-Istati Membri għandhom jallokaw tal-inqas 15 % tal-fondi kollha tagħhom għal appoġġ għal enerġiji rinnovabbli, għal azzjonijiet li jtejbu l-kapaċità, il-kompetittività tal-intrapriżi u speċjalment l-iżvilupp teknoloġiku tagħhom.

    Bl-istess mod, fil-każ tal-FSIE, il-Kummissjoni Ewropea għandha tistabbilixxi mekkaniżmi li, meta jitqiesu l-fatturi u ċ-ċirkostanzi differenti, jippermettu lil reġjuni jew Stati Membri li l-progress tagħhom f’dan il-qasam speċifiku jitqies ogħla mill-medja biex jinċentivaw lil RES fit-territorji tagħhom.

    3.     Sabiex iżżomm din it-tmexxija, dawn il-linji ta’ prijorità li ġejjin għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea, mingħajr ħsara lill-oħrajn:

    (A)

    Teknoloġija:

    (i)

    tnaqqis kontinwu tal-ispejjeż ta’ investiment u dawk operattivi, bl-inklużjoni, fost l-oħrajn, tal-ITCs (it-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni)

    (ii)

    aktar rendiment enerġetiku u adattabilità tal-faċilitajiet għar-rekwiżiti ta’ konsumaturi differenti.

    (iii)

    mingħajr ħsara lil teknoloġiji oħra, il-fotovoltajċi, il-ħżin tal-enerġija, il-pompi tas-sħana, il-bijokarburanti tat-tielet ġenerazzjoni u l-enerġija tal-baħar se jkollhom rilevanza partikolari.

    (iv)

    kemm tkun tista’ tiġi ġestita l-produzzjoni rinnovabbli u t-trasport tagħha.

    (v)

    l-implimentazzjoni ta’ titjib teknoloġiku, kbir jew żgħir, fil-proċessi u l-katini tal-valur kollha tas-setturi rinnovabbli.

    (B)

    Negozju:

    (i)

    l-iżvilupp u d-diffużjoni ta’ strumenti finanzjarji differenti.

    (ii)

    it-titjib fil-proċessi ta’ negozju interni billi jiġu orjentati skont l-interessi u l-aspettattivi ta’ klijenti attwali jew potenzjali, it-titjib fis-suq u studji ta’ kummerċjalizzazzjoni.

    (iii)

    l-iffaċilitar tal-iskambju ta’ metodoloġiji u metodi ta’ ħidma ta’ kumpaniji minn Stati Membri differenti, fejn jiġi favorit l-istabbiliment ta’ ftehimiet kummerċjali fit-tul u ż-żieda fid-daqs u fil-kapaċità ta’ kumpaniji.

    (iv)

    l-iffaċilitar tat-tranżitu ta’ informazzjoni bejn il-kumpaniji, l-universitajiet u ċ-ċentri teknoloġiċi.

    4.     Il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, se tħejji strateġija speċifika f’dan il-qasam qabel il-31.12.2018, li tikkaratterizza l-linji prijoritarji u, skont l-evoluzzjoni tas-setturi rinnovabbli differenti u ż-żoni ġeografiċi, il-konġestjoni, opportunitajiet u l-azzjonijiet pubbliċi li jistgħu jsiru fid-deċennju li ġej.

    5.     Fejn ikun rilevanti, l-Istati Membri għandhom jevalwaw il-ħtieġa tal-iżvilupp tal-infrastruttura għall-ħażna tal-elettriku sabiex tiżdied l-integrazzjoni tal-enerġija minn enerġija minn sorsi rinnovabbli.

    Raġuni

    Rigward il-punti 1 sa 4

    In-nuqqas totali ta’ referenza diretta u espliċita għal dawn is-suġġetti estremament importanti (żvilupp kummerċjali u teknoloġiku) meta mqabbel mar-reqqa li biha huma trattati suġġetti oħra hu meqjus barra minn postu f’Direttiva Ewropea.

    Rigward il-punt 5

    Il-promozzjoni tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli ma tistax diġi dissoċjata mill-ħtieġa ta’infrastruttura għall-ħażna. Din hija ħtieġa partikolarment urġenti fil-gżejjer u r-reġjuni ultraperiferiċi b’networks mikro iżolati.

    Emenda 18

    Artikolu 22(1)

    Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli jkunu intitolati li jiġġeneraw, jikkonsmaw, jaħżnu u jbiegħu l-enerġija rinnovabbli, permezz ta’ ftehimiet ta’ xiri tal-qawwa elettrika, bla jiġu soġġetti għal proċeduri u imposti sproporzjonati li ma jirriflettux l-ispejjeż.

    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli jkunu intitolati li jiġġeneraw, jikkonsmaw, jaħżnu u jbiegħu l-enerġija rinnovabbli, permezz ta’ ftehimiet ta’ xiri tal-qawwa elettrika, bla jiġu soġġetti għal proċeduri u imposti sproporzjonati li ma jirriflettux l-ispejjeż.

    Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, komunità tal-enerġija rinnovabbli għandha tkun SME jew organizzazzjoni mhux intiża għall-profitt, li s-sidien tal-ishma jew il-membri tagħha jikkooperaw fil-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni, il-ħażna jew il-forniment tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, filwaqt li jissodisfaw tal-anqas erba’ mill-kriterji li ġejjin:

    Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, komunità tal-enerġija rinnovabbli għandha tkun SME jew organizzazzjoni mhux intiża għall-profitt, li s-sidien tal-ishma jew il-membri tagħha jikkooperaw fil-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni, il-ħażna jew il-forniment tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, filwaqt li jissodisfaw tal-anqas erba’ mill-kriterji li ġejjin:

    (a)

    is-sidien tal-ishma jew il-membri jkunu persuni ġuridiċi, awtoritajiet lokali, inklużi l-muniċipalitajiet, jew SMEs li joperaw fl-oqsma tal-enerġija rinnovabbli;

    (a)

    is-sidien tal-ishma jew il-membri jkunu persuni ġuridiċi, awtoritajiet reġjonali jew lokali, inklużi l-muniċipalitajiet, jew SMEs li joperaw fl-oqsma tal-enerġija rinnovabbli;

    (b)

    tal-anqas 51 % tas-sidien tal-ishma jew membri bi dritt tal-vot tal-entità jkunu persuni fiżiċi;

    (b)

    tal-anqas 51 % tas-sidien tal-ishma jew membri bi dritt tal-vot tal-entità jkunu persuni fiżiċi;

    (c)

    tal-anqas 51 % tal-ishma jew tad-drittijiet parteċipatorji tal-entità huma posseduti minn membri lokali, jiġifieri rappreżentanti ta’ interessi soċjoekonomiċi lokali pubbliki jew privati jew ċittadini li jkollhom interess dirett fl-attività tal-komunità u fl-impatti tagħha;

    (c)

    tal-anqas 51 % tal-ishma jew tad-drittijiet parteċipatorji tal-entità huma posseduti minn membri lokali, jiġifieri rappreżentanti ta’ interessi soċjoekonomiċi lokali pubbliki jew privati jew ċittadini li jkollhom interess dirett fl-attività tal-komunità u fl-impatti tagħha;

    (d)

    tal-anqas 51 % tas-siġġijiet fil-bord tad-diretturi jew il-korpi tal-maniġment tal-entità jkunu riżervati għall-membri lokali, jiġifieri rappreżentanti ta’ interessi soċjoekonomiċi lokali pubbliċi jew privati jew ċittadini li jkollhom interess dirett fl-attività tal-komunità u fl-impatti tagħha;

    (d)

    tal-anqas 51 % tas-siġġijiet fil-bord tad-diretturi jew il-korpi tal-maniġment tal-entità jkunu riżervati għall-membri lokali, jiġifieri rappreżentanti ta’ interessi soċjoekonomiċi lokali pubbliċi jew privati jew ċittadini li jkollhom interess dirett fl-attività tal-komunità u fl-impatti tagħha;

    (e)

    il-komunità ma tkunx stallat aktar minn 18 MW ta’ kapaċità rinnovabbli għall-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ u t-trasport bħala medja annwali fil-ħames (5) snin ta’ qabel.

    (e)

    il-komunità ma tkunx stallat aktar minn 30 MW ta’ kapaċità rinnovabbli għall-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ u t-trasport bħala medja annwali fil-ħames (5) snin ta’ qabel.

    Raġuni

    Il-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli jistgħu jkunu għodda essenzjali għall-għoti ta’ setgħa lill-produzzjoni lokali tal-enerġija sostenibbli. L-awtoritajiet reġjonali jistgħu jaqdu rwol ukoll f’dan il-kuntest u l-livell limitu tad-daqs tal-produzzjoni tal-enerġija ta’ dawn il-komunitajiet m’għandux ikun restrittiv wisq.

    Emenda 19

    Artikolu 23

    Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    1.   Biex tiġi ffaċilitata l-penetrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ, kull Stat Membru għandu jagħmel ħiltu biex iżid is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fornuta għat-tisħin u t-tkessiħ b’tal-anqas punt (1 pp) perċentwali fis-sena, espress f’termini ta’ sehem nazzjonali tal-konsum tal-enerġija finali u kkalkulat skont il-metodoloġija stipulat fl-Artikolu 7.

    1.   Biex tiġi ffaċilitata l-penetrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli u/jew tas-sħana jew tal-kesħa residwa fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ, kull Stat Membru għandu jagħmel ħiltu biex iżid is-sehem tal-enerġija rinnovabbli u/jew tas-sħana jew kesħa residwa fornuta għat-tisħin u t-tkessiħ b’tal-anqas punt (1 pp) perċentwali fis-sena, espress f’termini ta’ sehem nazzjonali tal-konsum tal-enerġija finali u kkalkulat skont il-metodoloġija stipulat fl-Artikolu 7.

    2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw u jippubblikaw, abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, lista tal-miżuri u tal-entitajiet implimentattivi , bħall-fornituri tal- karburanti , li għandhom jikkontribwixxu għaż-żieda stipulata fil-paragrafu 1.

    2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw u jippubblikaw, abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, lista tal-miżuri u tal-entitajiet kollaborattivi , bħall-fornituri tal- enerġija , li għandhom jikkontribwixxu għaż-żieda stipulata fil-paragrafu 1.

    3.   Iż-żieda stipulata fil-paragrafu 1 tista’ tiġi implimentata permezz ta’ għażla jew aktar minn fost dawn li ġejjin :

    3.   Iż-żieda stipulata fil-paragrafu 1 se tiġi implimentata permezz ta’:

    (a)

    inkorporazzjoni fiżika tal-enerġija rinnovabbli fl-enerġija u l-karburant tal-enerġija fornut għat-tisħin u t-tkessiħ;

    (a)

    l- inkorporazzjoni fiżika tal-enerġija rinnovabbli ġdida minn sistemi għat-tisħin u t-tkessiħ;

    (b)

    miżuri ta’ mitigazzjoni diretti bħall-istallazzjoni ta’ sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli effiċjenti ħafna f’bini jew f’użu tal-enerġija rinnovabbli għal proċessi tat-tisħin u t-tkessiħ industrijali ;

    (b)

    proċessi direttament marbuta mal-bini u l-industrija jew xi proċessi tas-settur primarju;

    (c)

    miżuri ta’ mitigazzjoni indiretti koperti minn ċertifikati kummerċjabbli li jagħtu xhieda tal-konformità mal-obbligu permezz ta’ appoġġ għal miżuri ta’ mitigazzjoni indiretti, mwettqa minn operatur ekonomiku ieħor bħal installatur tat-teknoloġija tar-rinnovabbli indipendenti jew kumpanija tas-servizzi tal-enerġija – ESCO li tipprovdi servizzi ta’ stallazzjoni tal-enerġija rinnovabbli.

    (c)

    miżuri politiċi oħra li l-effetti tagħhom huma l-istess bħal dawk imsemmija fil-paragrafu 1, pereżempju l-miżuri fiskali nazzjonali jew inċentivi ekonomiċi oħra.

    4.     L-Istati Membri jistgħu jużaw l-istrutturi stabbiliti skont l-iskemi nazzjonali ta’ obbligu tal-effiċjenza tal-enerġija stipulat fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2012/27/UE biex jimplimentaw u jissorveljaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu 2.

    4.     Id-diversi miżuri li għandhom jiġu implimentati għandhom jikkunsidraw li:

    a)

    is-suq tat-tisħin u t-tkessiħ huwa frammentat ħafna u jiddependi fuq it-tip ta’ konsumatur, il-livell ta’ ċentralizzazzjoni, il-karburant użat qabel, eċċ.

    b)

    l-indirizzar tal-ostakoli għal tisħin u tkessiħ iktar effiċjenti u sostenibbli se jirrikjedi azzjoni fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali, fi ħdan qafas ta’ appoġġ Ewropew.

    B’dan il-mod, l-Istati Membri jistgħu jużaw jew jiżviluppaw:

    (a)

    inizjattivi biex jitjieb il-finanzjament u l-profittabilità.

    (i)

    ċertifikati kummerċjabbli li jagħtu xhieda tal-konformità mal-obbligu permezz ta’ appoġġ għal miżuri ta’ mitigazzjoni indiretti, imwettqa minn operatur ekonomiku ieħor bħal installatur tat-teknoloġija rinnovabbli indipendenti jew kumpanija tas-servizzi tal-enerġija (ESCO) li tipprovdi servizzi ta’ installazzjoni tal-enerġija rinnovabbli.

    (ii)

    jeżaminaw mill-ġdid il-liġijiet tal-proprjetà tagħhom biex jindirizzaw kif se jikkondividu l-benefiċċji mit-titjib tal-enerġija rinnovabbli bejn is-sidien u l-inkwilini jew ir-residenti ta’ bini li fih ħafna appartamenti.

    (iii)

    jappoġġaw l-atturi lokali u reġjonali li jistgħu jtejbu l-prospetti bankarji tal-investimenti fit-tisħin u r-tkessiħ rinnovabbli permezz tar-raggruppament ta’ proġetti individwali f’pakketti ta’ investiment akbar (aggregati).

    (iv)

    jistabbilixxu one-stop-shop għal pariri dwar l-investiment (li jinkludu servizzi konsultattivi, Assistenza għall-Iżvilupp tal-Proġetti u finanzjament tal-proġetti).

    (v)

    iħeġġu lill-banek għall-konsumatur joffru prodotti adattati għar-restawr ta’ bini mikri privatament (eż. ipoteka differita, self għal terminu) li jistgħu jiġu appoġġati b’appoġġ pubbliku.

    (vi)

    jevitaw sussidji diretti għal investimenti, sakemm l-installazzjoni appoġġata għandha xi valur miżjud bħala innovazzjoni, effiċjenza għolja, replikabbiltà, eċċ.

    (b)

    inizjattivi li għandhom l-għan li jtejbu l-għarfien u l-kunfidenza pubblika tat-teknoloġiji u l-fornituri:

    (i)

    l-użu ta’ spezzjonijiet tal-bojlers biex tingħata informazzjoni dwar il-benefiċċji ta’ sistemi ta’ enerġija rinnovabbli fis-sostituzzjoni ta’ sistemi tat-tisħin u tat-tkessiħ.

    (ii)

    it-twaqqif u r-reklamar ta’ siti web bi prezzijiet (flimkien ma’ elementi ambjentali, id-disponibbiltà u l-affidabbiltà teknika, eċċ.), għodod ta’ tqabbil ta’ skemi għat-tul ta’ ħajja sabiex jgħinu lill-konsumaturi potenzjali jew attwali jiddeċiedu dwar it-tagħmir, l-installazzjoni, il-fornitur tal-karburant, eċċ. l-aktar interessanti.

    (iii)

    l-istabbiliment u r-reklamar ta’ mekkanizmi trasparenti għar-riżoluzzjoni ta’ kunflitti bejn l-utenti u l-fornituri li jħeġġuhom joffru servizzi aħjar u jżidu l-fiduċja ta’ klijenti potenzjali.

    (iv)

    l-iżvilupp ta’ kampanji ta’ komunikazzjoni u ta’ reklamar fuq medda twila ta’ żmien definiti skont it-tip ta’ konsumatur potenzjali, it-teknoloġija rinnovabbli magħżula jew il-partijiet interessati tas-settur.

    (c)

    inizjattivi li jagħtu s-setgħa lill-kumpaniji tal-installazzjoni, tal-operat u tal-manutenzjoni.

    (i)

    mingħajr ħsara għal inizjattivi oħrajn ta’ żvilupp teknoloġiku, diskussjonijiet settorjali bejn ċentri teknoloġiċi, tagħmir industrijali, kumpaniji tal-inġinerija u ta’ installazzjoni ser jiġu implimentati biex jiġu megħjuna jtejbu s-servizzi u l-prodotti tagħhom.

    (ii)

    ħidma mal-partijiet interessati (speċjalment entitajiet bħall-assoċjazzjoniiet tal-konsumaturi, tal-installaturi jew tal-periti) biex jissaħħu l-interessi tagħhom, l-għarfien u l-prijoritajiet dwar l-enerġiji rinnovabbli, bħala mezz biex jispiraw il-kampanji ta’ komunikazzjoni wiesgħa meħtieġa.

    (d)

    inizjattivi li jsaħħu s-settur.

    (i)

    l-istrutturi stabbiliti skont l-iskemi nazzjonali ta’ obbligu tal-effiċjenza tal-enerġija stipulat fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2012/27/UE biex jimplimentaw u jissorveljaw il-miżuri msemmija fil-Paragrafu 2.

    (ii)

    l-appoġġ tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tħejjija ta’ strateġiji għall-promozzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ rinnovabbli.

    5.   L-entitajiet maħtura skont il-paragrafu 2 għandhom jiżguraw li l-kontribut tagħhom ikun jista’ jitkejjel u jiġi vverifikat u għandhom jirrapportaw ta’ kull sena mit-30 ta’ Ġunju 2021 lill-awtorità maħtura mill-Istat Membru, dwar:

    (a)

    l-ammont totali ta’ enerġija fornuta għat-tisħin u t-tkessiħ;

    (b)

    l-ammont totali ta’ enerġija rinnovabbli fornuta għat-tisħin u t-tkessiħ;

    (c)

    inkorporazzjoni fiżika tal-enerġija rinnovabbli fl-enerġija u l-karburant tal-enerġija fornut għat-tisħin u t-tkessiħ;

    (d)

    it-tip tas-sors tal-enerġija rinnovabbli.

    5.   L-entitajiet maħtura skont il-paragrafu 2 għandhom jiżguraw li l-kontribut tagħhom ikun jista’ jitkejjel u jiġi vverifikat u għandhom jirrapportaw ta’ kull sena mit-30 ta’ Ġunju 2021 lill-awtorità maħtura mill-Istat Membru, dwar:

    (a)

    l-ammont totali ta’ enerġija fornuta għat-tisħin u t-tkessiħ;

    (b)

    l-ammont totali ta’ enerġija rinnovabbli u/jew sħana jew kesħa residwa fornuta għat-tisħin u t-tkessiħ;-

    (c)

    inkorporazzjoni fiżika tal-enerġija rinnovabbli u/jew tas-sħana jew kesħa residwa fl-enerġija u l-karburant tal-enerġija fornut għat-tisħin u t-tkessiħ;

    (d)

    it-tip ta’ sors ta’ enerġija rinnovabbli u l-karatteristiċi bażiċi tat-tagħmir tat-tisħin u tat-tkessiħ eżistenti f’punti differenti ta’ konsum .

    Raġuni

    Rigward l-Artikolu 23(1), (3) u (5)

    Bil-għan li l-karburanti fossili jiġu sostitwiti u li jonqos il-konsum tal-enerġija primarja, huwa importanti li fis-settur tat-tisħin u tat-tkessiħ ma jiġux ikkunsidrati biss l-enerġiji rinnovabbli iżda wkoll is-sħana żejda u l-prodotti sekondarji. Sabiex jinkiseb l-għan mixtieq jeħtieġ ukoll li tiġi provduta l-possibbiltà ta’ inċentivi ekonomiċi u ta’ miżuri tal-politika tat-tassazzjoni.

    Rigward l-Artikolu 23(2)

    Il-korrezzjoni hija intiża biss biex tiċċara t-tifsira ta’ dawn l-entitajiet. Il-provvista tal-enerġija hija kunċett li ma jkoprix biss il-karburant. Fil-fatt, l-enerġija tista’ tiġi fornuta permezz tal-karburant, l-elettriku jew l-enerġija solari.

    Rigward l-Artikolu 23(4)

    It-tisħin u t-tkessiħ huma kwistjoni importanti ħafna fl-UE. Is-sena l-oħra l-Kummissjoni ppubblikat strateġija speċifika. Ħafna minn dawk l-ideat mhumiex riflessi f’din id-Drettiva u rkuprajnihom. Apparti minn hekk, introduċejna xi ideat ġodda bħal pereżempju l-evitar ta’ sussidji diretti jew l-iżvilupp tal-fiduċja tal-konsumatur.

    Rigward l-Artikolu 23(5)

    Sabiex ikollna għarfien aħjar tas-settur u l-possibbiltajiet ta’ żvilupp futur, huwa essenzjali li nkunu nafu l-istat u l-karatteristiċi tal-faċilitajiet eżistenti. Din l-informazzjoni tista’ tinġabar mill-fornitur tal-karburant, u b’hekk tippermetti l-verifika tad-data rreġistata mill-amministrazzjoni.

    Emenda 20

    Artikolu 24(4)

    Proposta għal Direttiva dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (riformulata) – COM(2016) 767 final – 2016/0382 (COD)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    L-Istati Membri għandhom jistipulaw l-miżuri neċessarji biex jiżguraw aċċess mhux diskriminatorju għas-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali għas-sħana u l-kesħa prodotti minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli u għas-sħana u l-kesħa mormija. Dan l-aċċess mhux diskriminatorju għandu jippermetti forniment dirett ta’ tisħin jew tkessiħ minn tali sorsi lill-konsumaturi mqabbdin ma’ sistema tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali minn fornituri oħra għajr l-operatur tas-sistema tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali.

    L-Istati Membri għandhom jistipulaw l-miżuri neċessarji biex jiżguraw aċċess irregolat għas-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali għas-sħana u l-kesħa prodotti minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli u għas-sħana u l-kesħa mormija. Dan l-aċċess għandu jippermetti forniment ta’ tisħin jew tkessiħ minn tali sorsi ma’ sistema tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali minn fornituri oħra għajr l-operatur tas-sistema tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali.

    Raġuni

    Dritt ġenerali għall-atturi terzi sabiex ibigħu t-tisħin jew it-tkessiħ direttament lill-utenti finali ikun kontroproduttiv u mhux kosteffiċjenti. Dan joħloq inċertezza għall-investimenti u responsabilità fit-tul mhux ċara. Is-separazzjoni tal-grilja u l-operazzjonijiet ta’ provvista żżid l-ispejjeż għall-utenti finali.

    Emenda 21

    (6)

    Proposta għal Regolament dwar is-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni) – COM(2016) 861 final

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    L-integrazzjoni akbar fis-suq u l-bidla għal produzzjoni tal-elettriku aktar volatili jeħtieġu sforzi akbar biex jikkoordinaw il-politiki tal-enerġija nazzjonali ma’ dawk tal-pajjiżi ġirien u biex jużaw l-opportunitajiet tal-kummerċ transkonfinali tal-elettriku.

    L-integrazzjoni akbar fis-suq u l-bidla għal produzzjoni tal-elettriku aktar volatili jeħtieġu sforzi akbar biex jikkoordinaw il-politiki tal-enerġija nazzjonali ma’ dawk tal-pajjiżi ġirien u biex jużaw l-opportunitajiet tal-kummerċ transkonfinali tal-elettriku , filwaqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni u b’konformità mal-prinċipju ta’ reċiproċità .

    Raġuni

    Għal xi Stati Membri, il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi fis-suq tal-elettriku tal-UE tista’ tkun ta’ importanza kbira. Għaldaqstant huwa essenzjali li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fil-kummerċ mal-pajjiżi terzi u kundizzjonijiet ekwivalenti għall-aċċess għas-suq (il-prinċipju ta’ reċiproċità).

    Emenda 22

    (8)

    Proposta għal Regolament dwar is-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni) – COM(2016) 861 final

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Jenħtieġ li l-prinċipji ewlenin tas-suq jistabbilixxu li l-prezzijiet tal-elettriku jridu jiġu stabbiliti skont id-domanda u l-provvista. Jenħtieġ li dawk il-prezzijiet jidentifikaw meta jkun meħtieġ l-elettriku u jipprovdu inċentivi tas-suq għall-investimenti f’sorsi flessibbli bħall-ġenerazzjoni flessibbli, l-interkonnessjoni, ir-rispons tad-domanda jew il-ħżin.

    Jenħtieġ li l-prinċipji ewlenin tas-suq jistabbilixxu li l-prezzijiet tal-elettriku jridu jiġu stabbiliti skont id-domanda u l-provvista. Jenħtieġ li dawk il-prezzijiet jidentifikaw meta jkun meħtieġ l-elettriku u jipprovdu inċentivi tas-suq għall-investimenti f’sorsi flessibbli bħall-ġenerazzjoni flessibbli, l-interkonnessjoni, ir-rispons tad-domanda jew il-ħżin. Fid-dawl ta’ dawn l-objettivi, l-Istati Membri għandhom jeliminaw gradwalment ir-regolazzjoni tal-prezzijiet.

    Raġuni

    F’bosta Stati Membri, il-prezzijiet tal-elettriku ma jsegwux id-domanda u l-provvista, iżda huma rregolati mill-awtoritajiet pubbliċi. Ir-regolazzjoni tal-prezzijiet tista’ tillimita l-iżvilupp ta’ kompetizzjoni effettiva, u tiskoraġġixxi l-investimenti u l-introduzzjoni ta’ atturi ġodda fis-suq. Id-disinn ġdid tas-suq għandu jiżgura li l-prezzijiet tal-elettriku jkunu nieqsa minn kwalunkwe intervent pubbliku. Fil-prinċipju, il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-eliminazzjoni tar-regolazzjoni tal-prezzijiet għandha tintlaqa’, iżda din għandha ssir b’mod gradwali.

    Emenda 23

    (25)

    Proposta għal Direttiva dwar regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni) – COM(2016) 864 final

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Il-konsumaturi kollha jenħtieġ li jkunu jistgħu jibbenefikaw minn parteċipazzjoni diretta fis-suq, b’mod partikolari billi jaġġustaw il-konsum tagħhom skont is-sinjali tas-suq, u b’hekk jibbenefikaw minn prezzijiet aktar baxxi għall-elettriku jew ħlasijiet ta’ inċentiv oħra. Il-benefiċċji ta’ din il-parteċipazzjoni attiva x’aktarx jiżdiedu maż-żmien meta l-vetturi elettriċi, il-pompi tas-sħana u tagħbijiet flessibbli oħra jsiru aktar kompetittivi. Il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-forom kollha ta’ rispons tad-domanda u għalhekk jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jagħżlu li jkollhom sistema ta’ kejl intelliġenti u kuntratt ta’ pprezzar dinamiku tal-elettriku. Dan jenħtieġ li jippermettilhom jadattaw il-konsum skont is-sinjali tal-prezzijiet f’ħin reali li jirriflettu l-valur u l-kost tal-elettriku jew it-trasport f’perjodi ta’ ħin differenti, filwaqt li l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw esponiment raġonevoli ta’ konsumaturi għar-riskju tal-prezzijiet bl-ingrossa. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw ukoll li dawk il-konsumaturi li jagħżlu li ma jkunux attivament involuti fis-suq ma jiġux ippenalizzati, iżda minflok jenħtieġ li jiġi ffaċilitat it-teħid ta’ deċiżjonijiet informati tagħhom dwar l-għażliet disponibbli li l-aktar ikunu xierqa għal kundizzjonijiet tas-suq domestiċi.

    Il-konsumaturi kollha jenħtieġ li jkunu jistgħu jibbenefikaw minn parteċipazzjoni diretta fis-suq, b’mod partikolari billi jaġġustaw il-konsum tagħhom skont is-sinjali tas-suq, u b’hekk jibbenefikaw minn prezzijiet aktar baxxi għall-elettriku jew ħlasijiet ta’ inċentiv oħra. Il-benefiċċji ta’ din il-parteċipazzjoni attiva x’aktarx jiżdiedu maż-żmien meta l-vetturi elettriċi, il-pompi tas-sħana u tagħbijiet flessibbli oħra jsiru aktar kompetittivi. Il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw fil-forom kollha ta’ rispons tad-domanda u għalhekk jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jagħżlu li jkollhom sistema ta’ kejl intelliġenti u kuntratt ta’ pprezzar dinamiku tal-elettriku. Dan jenħtieġ li jippermettilhom jadattaw il-konsum skont is-sinjali tal-prezzijiet f’ħin reali li jirriflettu l-valur u l-kost tal-elettriku jew it-trasport f’perjodi ta’ ħin differenti, filwaqt li l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw esponiment raġonevoli ta’ konsumaturi għar-riskju tal-prezzijiet bl-ingrossa. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw ukoll li dawk il-konsumaturi li jagħżlu li ma jkunux attivament involuti fis-suq ma jiġux ippenalizzati, iżda minflok jenħtieġ li jiġi ffaċilitat it-teħid ta’ deċiżjonijiet informati tagħhom dwar l-għażliet disponibbli li l-aktar ikunu xierqa għal kundizzjonijiet tas-suq domestiċi. L-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali għandhom joħolqu l-kundizzjonijiet qafas meħtieġa biex il-konsumaturi jkollhom aċċess għal informazzjoni dettaljata dwar il-kundizzjonijiet u l-opportunitajiet għall-parteċipazzjoni fis-suq. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll miri speċifiċi mmirati lejn dawk il-konsumaturi li huma l-aktar vulnerabbli għar-riskju ta’ faqar enerġetiku sabiex jiżguraw il-parteċipazzjoni attiva tagħhom fis-suq, jipproteġu d-dritt tagħhom għall-aċċess tal-enerġija u jippermettulhom jibbenefikaw minn teknoloġija innovattiva li tnaqqas il-konsum tal-enerġija tagħhom.

    Raġuni

    L-emenda żżid dispożizzjoni bil-għan li l-awtoritajiet kollha jħeġġu lill-konsumaturi biex jipparteċipaw fis-suq u jipprovdulhom informazzjoni dettaljata dwar ir-rekwiżiti u l-opportunitajiet rilevanti.

    Emenda 24

    30.

    Proposta għal Direttiva dwar regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni) – COM(2016) 864 final

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    It-teknoloġiji tal-enerġija distribwita u l-emanċipazzjoni tal-konsumatur wasslu biex l-enerġija komunitarja u l-kooperattivi tal-enerġija jsiru mezz effikaċi u kosteffiċjenti biex jintlaħqu l-ħtiġijiet u l-aspettattivi taċ-ċittadini fir-rigward tas-sorsi tal-enerġija, is-servizzi u l-parteċipazzjoni lokali. L-enerġija komunitarja toffri għażla inklużiva għall-konsumaturi kollha biex ikollhom rwol dirett fil-produzzjoni, fil-konsum jew fil-qsim tal-enerġija ma’ xulxin fi ħdan netwerk komunitarju f’delimitazzjoni ġeografika li tista’ topera f’modalità iżolata inkella f’konnessjoni man-netwerk pubbliku tad-distribuzzjoni. L-inizjattivi tal-enerġija komunitarja jiffokaw primarjament fuq il-forniment ta’ tip speċifiku ta’ enerġija, bħal pereżempju l-enerġija rinnovabbli, bi prezzijiet raġjonevoli għall-membri tagħhom jew azzjonisti, minflok ma jagħtu prijorità lill-profitti, kif kieku tagħmel kumpanija tal-enerġija tradizzjonali. Permezz tal-involviment dirett tal-konsumaturi, l-inizjattivi tal-enerġija komunitarja qegħdin juru l-potenzjal tagħhom biex jiffaċilitaw l-adozzjoni ta’ teknoloġiji u xejriet ta’ konsum ġodda, inklużi grilji tad-distribuzzjoni intelliġenti u rispons tad-domanda, b’mod integrat. L-enerġija komunitarja tista’ wkoll tavvanza l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fuq il-livell tal-konsumaturi domestiċi u tgħin fil-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku permezz ta’ tnaqqis tal-konsum u tariffi ta’ forniment aktar baxxi. L-enerġija komunitarja tippermetti wkoll li ċerti gruppi ta’ konsumaturi domestiċi jipparteċipaw fis-suq tal-enerġija li kieku ma setgħux jagħmlu dan. Fejn tħaddmu b’suċċess, inizjattivi bħal dawn taw valur ekonomiku, soċjali u ambjentali fil-komunità, li jmur lil hinn minn sempliċi benefiċċji li jirriżultaw mill-forniment tas-servizzi tal-enerġija. Il-komunitajiet tal-enerġija lokali jenħtieġ li jitħallew joperaw fis-suq f’kundizzjonijiet ġusti mingħajr distorsjoni fil-kompetizzjoni. Il-konsumaturi domestiċi jenħtieġ li jitħallew jipparteċipaw fuq bażi volontarja f’inizjattiva ta’ enerġija komunitarja kif ukoll li jitilqu minnha mingħajr ma jitilfu l-aċċess għan-netwerk imħaddem mill-inizjattiva tal-enerġija komunitarja jew id-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi. L-aċċess għal netwerk ta’ komunità tal-enerġija lokali jenħtieġ li jingħata b’termini ġusti u li jirriflettu l-kostijiet.

    It-teknoloġiji tal-enerġija distribwita u l-emanċipazzjoni tal-konsumatur wasslu biex l-enerġija komunitarja u l-kooperattivi tal-enerġija jsiru mezz effikaċi u kosteffiċjenti biex jintlaħqu l-ħtiġijiet u l-aspettattivi taċ-ċittadini fir-rigward tas-sorsi tal-enerġija, is-servizzi u l-parteċipazzjoni lokali. L-enerġija komunitarja toffri għażla inklużiva għall-konsumaturi kollha biex ikollhom rwol dirett fil-produzzjoni, fil-konsum jew fil-qsim tal-enerġija ma’ xulxin fi ħdan netwerk komunitarju f’delimitazzjoni ġeografika li tista’ topera f’modalità iżolata inkella f’konnessjoni man-netwerk pubbliku tad-distribuzzjoni. L-inizjattivi tal-enerġija komunitarja jiffokaw primarjament fuq il-forniment ta’ tip speċifiku ta’ enerġija, bħal pereżempju l-enerġija rinnovabbli, bi prezzijiet raġjonevoli għall-membri tagħhom jew azzjonisti, minflok ma jagħtu prijorità lill-profitti, kif kieku tagħmel kumpanija tal-enerġija tradizzjonali. Permezz tal-involviment dirett tal-konsumaturi, l-inizjattivi tal-enerġija komunitarja qegħdin juru l-potenzjal tagħhom biex jiffaċilitaw l-adozzjoni ta’ teknoloġiji u xejriet ta’ konsum ġodda, inklużi grilji tad-distribuzzjoni intelliġenti u rispons tad-domanda, b’mod integrat. L-enerġija komunitarja tista’ wkoll tavvanza l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fuq il-livell tal-konsumaturi domestiċi u tgħin fil-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku permezz ta’ tnaqqis tal-konsum u tariffi ta’ forniment aktar baxxi. L-enerġija komunitarja tippermetti wkoll li ċerti gruppi ta’ konsumaturi domestiċi jipparteċipaw fis-suq tal-enerġija li kieku ma setgħux jagħmlu dan. Fejn tħaddmu b’suċċess, inizjattivi bħal dawn taw valur ekonomiku, soċjali u ambjentali fil-komunità, li jmur lil hinn minn sempliċi benefiċċji li jirriżultaw mill-forniment tas-servizzi tal-enerġija. Il-komunitajiet tal-enerġija lokali jenħtieġ li , skont regoli definiti b’mod ċar, jitħallew joperaw fis-suq f’kundizzjonijiet ġusti mingħajr distorsjoni fil-kompetizzjoni. Il-konsumaturi domestiċi jenħtieġ li jitħallew jipparteċipaw fuq bażi volontarja f’inizjattiva ta’ enerġija komunitarja kif ukoll li jitilqu minnha mingħajr ma jitilfu l-aċċess għan-netwerk imħaddem mill-inizjattiva tal-enerġija komunitarja jew id-drittijiet tagħhom bħala konsumaturi. L-aċċess għal netwerk ta’ komunità tal-enerġija lokali jenħtieġ li jingħata b’termini ġusti u li jirriflettu l-kostijiet.

    Raġuni

    Il-komunitajiet tal-enerġija lokali jistgħu jkunu mezz effiċjenti għall-ġestjoni tal-enerġija fil-livell lokali. Bil-għan li jiġi promoss il-ħolqien ta’ komunitajiet u l-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tal-elettriku, jinħtieġ qafas legali adatt sabiex jiġu stabbiliti regoli ċari għall-azzjoni tal-komunità fis-suq tal-enerġija.

    Emenda 25

    (38)

    Proposta għal Direttiva dwar regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni) – COM(2016) 864 final

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Attwalment, ġew żviluppati, jew qegħdin jiġu żviluppati mudelli differenti għall-ġestjoni tad-dejta fl-Istati Membri wara l-introduzzjoni tas-sistemi ta’ kejl intelliġenti. Independement mill-mudell tal-ġestjoni tad-dejta, huwa importanti li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli trasparenti biex id-dejta tkun tista’ tiġi aċċessata f’kundizzjonijiet mhux diskriminatorji u jiġu żgurati l-ogħla livelli ta’ sigurtà ċibernetika u protezzjoni tad-dejta kif ukoll l-imparzjalità tal-entitajiet li jamminstraw id-dejta.

    Attwalment, ġew żviluppati, jew qegħdin jiġu żviluppati mudelli differenti għall-ġestjoni tad-dejta fl-Istati Membri wara l-introduzzjoni tas-sistemi ta’ kejl intelliġenti. Independement mill-mudell tal-ġestjoni tad-dejta, huwa importanti li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli trasparenti biex id-dejta tkun tista’ tiġi aċċessata f’kundizzjonijiet mhux diskriminatorji u jiġu żgurati l-ogħla livelli ta’ sigurtà ċibernetika u protezzjoni tad-dejta kif ukoll l-imparzjalità tal-entitajiet li jamminstraw id-dejta. Sabiex jiġu involuti l-konsumaturi fir-reazzjoni għad-domanda u jkollhom l-għażla ta’ sistema dinamika ta’ prezzijiet, huma għandu jkollhom aċċess liberu mid-distributuri għall-informazzjoni dwar il-konsum tagħhom tal-elettriku kull siegħa. Huwa rrakkomandat li dan l-aċċess għall-informazzjoni jkun disponibbli għall-arloġġi intelliġenti kollha tal-elettriku u jiġu installati għall-firxiet kollha ta’ qawwa użata.

    Raġuni

    L-aċċess għall-informazzjoni għall-arloġġi intelliġenti tal-elettriku kollha għandu jkun rakkomandazzjoni, u mhux rekwiżit vinkolanti iżda għandhomjiġu installati għall-firxiet kollha ta’ qawwa użata.

    Emenda 26

    (3)

    Proposta għal Regolament li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (tfassil mill-ġdid) – COM(2016) 863 final – 2016/0378 (COD)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Huwa mistenni li l-ħtieġa għal koordinazzjoni ta’ azzjonijiet regolatorji nazzjonali se tkompli tiżdied fis-snin li ġejjin. Is-sistema tal-enerġija tal-Ewropa tinsab f’nofs l-aktar bidla profonda tagħha f’għexieren ta’ snin. Integrazzjoni akbar tas-suq u l-bidla lejn produzzjoni aktar varjabbli tal-elettriku jeħtieġu aktar sforzi biex il-politiki nazzjonali tal-enerġija jiġu kkoordinati mal-ġirien u biex jintużaw l-opportunitajiet tal-kummerċ transkonfinali tal-elettriku.

    Huwa mistenni li l-ħtieġa għal koordinazzjoni ta’ azzjonijiet regolatorji nazzjonali se tkompli tiżdied fis-snin li ġejjin. Is-sistema tal-enerġija tal-Ewropa tinsab f’nofs l-aktar bidla profonda tagħha f’għexieren ta’ snin. Integrazzjoni akbar tas-suq u l-bidla lejn produzzjoni aktar varjabbli tal-elettriku jeħtieġu aktar sforzi biex il-politiki nazzjonali tal-enerġija jiġu kkoordinati mal-ġirien u biex jintużaw l-opportunitajiet tal-kummerċ transkonfinali tal-elettriku. Huwa importanti wkoll i jissaħħu l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-indipendenza u l-ħidma bla xkiel tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tagħhom. Ir-riżorsi meħtieġa għandhom ikunu disponibbli għall-attivitajiet adatti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u dawn għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw, bid-drittijiet kollha, fil-kooperazzjoni fil-livell tal-UE.

    Raġuni

    Koordinazzjoni iktar b’saħħitha bejn l-Istati Membri fis-settur tal-enerġija għandha tintlaqa’ tajjeb. Madankollu, ir-rwol tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali f’kull Stat Membru huwa daqstant importanti. Ta’ min jinnota li l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tagħhom u l-attivitajiet liberi tagħhom. Barra minn hekk, għandhom jiġu provduti biżżejjed riżorsi sabiex l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu jistgħu jagħmlu xogħol tajjeb.

    Emenda 27

    Artikolu 14

    Proposta għal Regolament li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (tfassil mill-ġdid) – COM(2016) 863 final – 2016/0378 (COD)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    L-Aġenzija tista’, f’ċirkustanzi definiti ċari mill-Kummissjoni fil- linji gwida adottati skont l-Artikolu 57 tar-[ir-Regolament dwar l-Elettriku mfassal mill-ġdid kif propost minn COM(2016) 861/2] jew l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009, u dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw ir-raġunijiet li għaliha twaqqfet, tingħata kompiti addizzjonali li jirrispettaw il-limiti tat-trasferiment tas-setgħa eżekuttiva lill-aġenziji tal-Unjoni.

    L-Aġenzija tista’, f’ċirkustanzi definiti ċari mill-Kummissjoni fil-Linji Gwida adottati skont l-Artikolu 57 tar-[ir-Regolament dwar l-Elettriku mfassal mill-ġdid kif propost minn COM(2016) 861/2] jew l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009, u dwar kwistjonijiet li jirrigwardaw ir-raġunijiet li għaliha twaqqfet, tingħata kompiti addizzjonali li jirrispettaw il-limiti tat-trasferiment tas-setgħa eżekuttiva lill-aġenziji tal-Unjoni .

     

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tiżgura li l-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) tingħata s-setgħat neċessarji biex titlob mill-istituzzjonijiet rilevanti tal-Istati Membri l-informazzjoni li għandha bżonn biex twettaq il-kompiti assenjati lilha.

    Raġuni

    Sabiex jiġi żgurat l-andament bla xkiel tal-proċessi ta’ ħidma, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija jkollha biżżejjed drittijiet u setgħat biex tikseb, mill-istituzzjonijiet rilevanti tal-Istati Membri, l-informazzjoni li jkollha bżonn biex twettaq il-kompiti assenjati lilha.

    Emenda 28

    Artikolu 16(2)

    Proposta għal Regolament li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (tfassil mill-ġdid) – COM(2016) 863 final – 2016/0378 (COD)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    L-Aġenzija għandha tippubblika rapport fuq bażi annwali dwar ir-riżultati tal-attività ta’ monitoraġġ tagħha imsemmija fil-paragrafu 1. F’dan ir-rapport hija għandha tidentifika kwalunkwe ostaklu għat-tlestija tas-swieq interni fl-elettriku u l-gass naturali.

    L-Aġenzija għandha tippubblika rapport fuq bażi annwali dwar ir-riżultati tal-attività ta’ monitoraġġ tagħha imsemmija fil-paragrafu 1. F’dan ir-rapport hija għandha tidentifika kwalunkwe ostaklu għat-tlestija tas-swieq interni fl-elettriku u l-gass naturali u tagħmel rakkomandazzjonijiet.

    Raġuni

    L-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija se tingħata responsabbiltà akbar u aktar riżorsi se jsiru disponibbli. Ser tingħata aktar setgħat fi kwistjonijiet transkonfinali, li jirrikjedu azzjoni koordinata. Għaldaqstant ikun utli għall-Istati Membri jekk l-Aġenzija tagħmel rakkomandazzjonijiet ġenerali fir-rapport tagħha dwar ir-riżultati tal-osservazzjonijiet tagħha.

    Emenda 29

    (13)

    Proposta għal Regolament tal-Parlament EWROPEW U tal-Kunsill dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2005/89/KE – COM(2016) 862 final – 2016/0377 (COD)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Fuq il-bażi ta’ din il-metodoloġija komuni, l-ENTSO-E għandu jfassal u jaġġorna b’mod regolari xenarji ta’ kriżi reġjonali u jidentifika l-aktar riskji rilevanti għal kull reġjun bħal kundizzjonijiet ta’ temp estrem, diżastri naturali, nuqqas ta’ fjuwil jew attakki malizzjużi. Fid-dawl tax-xenarju tal-kriżi ta’ nuqqas ta’ fjuwil tal-gass, ir-riskju ta’ interruzzjoni tal-provvista tal-gass għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi tax-xenarji ta’ interruzzjoni tal-provvista tal-gass u tal-infrastruttura żviluppati min-Netwerk Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi ta’ Trażmissjoni tal-Gass skont l-Artikolu 6.6 tar-Regolament dwar is-Sigurtà tal-Provvista tal-Gass [ir-Regolament propost dwar is-Sigurtà tal-Provvista tal-Gass]. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jaġġornaw ix-xenarji ta’ kriżi nazzjonali tagħhom fuq din il-bażi, fil-prinċipju kull tliet snin. Ix-xenarji għandhom jipprovdu l-bażi għall-pjanijiet tat-tħejjija għar-riskji. Meta jidentifikaw ir-riskji f’livell nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu wkoll ir-riskji possibbli li jaraw b’rabta mas-sjieda tal-infrastruttura rilevanti għas-sigurtà tal-provvista, u l-miżuri possibbli meħudin, jekk jeżistu, sabiex jiġu indirizzati t-tali riskji (bħal liġijiet ġenerali jew speċifiċi għas-settur dwar l-analiżi ta’ investimenti, id-drittijiet speċjali għal ċerti azzjonisti, eċċ.), b’indikazzjoni dwar għaliex jaħsbu li huma ġġustifikati t-tali miżuri.

    Fuq il-bażi ta’ din il-metodoloġija komuni, l-ENTSO-E għandu jfassal u jaġġorna b’mod regolari xenarji ta’ kriżi reġjonali u jidentifika l-aktar riskji rilevanti għal kull reġjun bħal kundizzjonijiet ta’ temp estrem, diżastri naturali, nuqqas ta’ fjuwil jew attakki malizzjużi. Fid-dawl tax-xenarju tal-kriżi ta’ nuqqas ta’ fjuwil tal-gass, ir-riskju ta’ interruzzjoni tal-provvista tal-gass għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi tax-xenarji ta’ interruzzjoni tal-provvista tal-gass u tal-infrastruttura żviluppati min-Netwerk Ewropew tal-Operaturi tas-Sistemi ta’ Trażmissjoni tal-Gass skont l-Artikolu 6.6 tar-Regolament dwar is-Sigurtà tal-Provvista tal-Gass [ir-Regolament propost dwar is-Sigurtà tal-Provvista tal-Gass]. Huwa rrakkomandat li tiġi spjegata u diskussa s-sitwazzjoni tal-enerġija tar-reġjun fil-forom differenti tal-kooperazzjoni reġjonali u li jiġu identifikati l-opportunitajiet u t-theddid. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jaġġornaw ix-xenarji ta’ kriżi nazzjonali tagħhom fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni, fil-prinċipju kull tliet snin. Ix-xenarji għandhom jipprovdu l-bażi għall-pjanijiet tat-tħejjija għar-riskji. Meta jidentifikaw ir-riskji f’livell nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu wkoll ir-riskji possibbli li jaraw b’rabta mas-sjieda tal-infrastruttura rilevanti għas-sigurtà tal-provvista, u l-miżuri possibbli meħudin, jekk jeżistu, sabiex jiġu indirizzati t-tali riskji (bħal liġijiet ġenerali jew speċifiċi għas-settur dwar l-analiżi ta’ investimenti, id-drittijiet speċjali għal ċerti azzjonisti, eċċ.), b’indikazzjoni dwar għaliex jaħsbu li huma ġġustifikati t-tali miżuri.

    Raġuni

    Huwa utli u ta’ siwi li jiġi żgurat li l-ENTSO-E jfassal u jaġġorna b’mod regolari xenarji ta’ kriżi reġjonali u jidentifika l-aktar riskji rilevanti għal kull reġjun bħal kundizzjonijiet ta’ temp estrem, diżastri naturali, nuqqas ta’ fjuwil jew attakki malizzjużi. Madankollu huwa importanti li tissaħħaħ il-kooperazzjoni reġjonali bejn l-Istati Membri. Huwa utli għall-Istati Membri li jistabbilixxu u jiddiskutu s-sitwazzjoni fil-livell reġjonali qabel ma jitfasslu x-xenarji ta’ kriżi nazzjonali rispettivi. B’dan il-mod, l-Istati Membri jistgħu jagħrfu u jifhmu aħjar il-miżuri nazzjonali u reġjonali sabiex tiġi żgurata ġestjoni tal-kriżi l-aktar effiċjenti u effettiva kemm jista’ jkun.

    Emenda 30

    (18)

    Proposta għal Regolament tal-Parlament EWROPEW U tal-Kunsill dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2005/89/KE – COM(2016) 862 final – 2016/0377 (COD)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Sabiex jiġi żgurat approċċ komuni għall-prevenzjoni u għall-ġestjoni tal-kriżijiet, l-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru għandha tfassal pjan tat-tħejjija għar-riskji, wara li tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati. Il-pjanijiet għandhom jiddeskrivu miżuri effettivi, proporzjonati u nondiskriminatorji li jindirizzaw ix-xenarji tal-kriżi kollha identifikati. Il-pjanijiet għandhom jipprovdu trasparenza speċjalment fir-rigward tal-kundizzjonijiet li fihom jistgħu jittieħdu miżuri mhux tas-suq sabiex jiġu mmitigati sitwazzjonijiet ta’ kriżi. Il-miżuri previsti kollha mhux tas-suq għandhom jikkonformaw mar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament.

    Sabiex jiġi żgurat approċċ komuni għall-prevenzjoni u għall-ġestjoni tal-kriżijiet, l-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru għandha tfassal pjan tat-tħejjija għar-riskji, wara li tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati, inkluż, fejn possibbli, l-awtoritajiet lokali u reġjonali . Il-pjanijiet għandhom jiddeskrivu miżuri effettivi, proporzjonati u nondiskriminatorji li jindirizzaw ix-xenarji tal-kriżi kollha identifikati. Il-pjanijiet għandhom jipprovdu trasparenza speċjalment fir-rigward tal-kundizzjonijiet li fihom jistgħu jittieħdu miżuri mhux tas-suq sabiex jiġu mmitigati sitwazzjonijiet ta’ kriżi. Il-miżuri previsti kollha mhux tas-suq għandhom jikkonformaw mar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament.

    Raġuni

    Huwa importanti li jkun hemm approċċ komuni għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet f’kull Stat Membru.

    Għal dan il-għan tinħtieġ kooperazzjoni mill-qrib bejn il-partijiet interessati kollha, b’enfasi fuq il-komunikazzjoni diretta, inkluż fejn rilevanti, mal-awtoritajiet lokali u reġjonali.

    Emenda 31

    Artikolu 16(1)

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2005/89/KE – COM(2016) 862 final – 2016/0377 (COD)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    Mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara li jiddikjaraw sitwazzjoni ta’ kriżi tal-elettriku, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, f’konsultazzjoni mal-awtorità regolatorja nazzjonali tagħhom (meta din ma tkunx l-awtorità kompetenti), għandhom jipprovdu rapport ta’ evalwazzjoni lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Elettriku u lill-Kummissjoni.

    Mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn erba’ ġimgħat wara li jiddikjaraw sitwazzjoni ta’ kriżi tal-elettriku, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, f’konsultazzjoni mal-awtorità regolatorja nazzjonali tagħhom (meta din ma tkunx l-awtorità kompetenti), għandhom jipprovdu rapport ta’ evalwazzjoni lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Elettriku u lill-Kummissjoni.

    Raġuni

    Id-dikjarazzjoni tal-okkorrenza ta’ kriżi fil-provvista tal-enerġija hija sfida kbira kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-UE. Għaldaqstant, f’każijiet bħal dawn jinħtieġu reazzjoni u azzjoni rapida. L-iskadenza ta’ erba’ ġimgħat proposta għat-tressiq tar-rapport ta’ analiżi hija biżżejjed u fl-istess waqt tippermetti fluss iktar mgħaġġel tal-informazzjoni.

    Emenda 32

    Arikolu 18

    Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2005/89/KE – COM(2016) 862 final – 2016/0377 (COD)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda tal-KtR

    L-Istati Membri u l-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija huma mistiedna jikkooperaw mill-qrib fil-proċess tal-identifikazzjoni tax-xenarji ta’ kriżi tal-elettriku u fl-istabbiliment ta’ pjanijiet tat-tħejjija għar-riskji sabiex ma tittieħed ebda miżura li tipperikola s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-Istati Membri, tal-Partijiet Kontraenti jew tal-Unjoni.

    F’dan ir-rigward, il-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija jistgħu jieħdu sehem fil-Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Elettriku fuq stedina mill-Kummissjoni fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha li jaffettwawhom.

    L-Istati Membri u l-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija huma mistiedna jikkooperaw mill-qrib fil-proċess tal-identifikazzjoni tax-xenarji ta’ kriżi tal-elettriku u fl-istabbiliment ta’ pjanijiet tat-tħejjija għar-riskji sabiex ma tittieħed ebda miżura li tipperikola s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija tal-Istati Membri, tal-Partijiet Kontraenti jew tal-Unjoni. Għall-aktar ġestjoni effiċjenti tas-settur tal-enerġija, il-kooperazzjoni reġjonali hija partikolarment enfasizzata u rakkomandata. F’dan ir-rigward, il-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija jistgħu jieħdu sehem fil-Grupp ta’ Koordinazzjoni tal-Elettriku fuq stedina mill-Kummissjoni fir-rigward tal-kwistjonijiet kollha li jaffettwawhom.

    Raġuni

    Bil-għan li tiġi żgurata l-aktar ġestjoni effiċjenti u effettiva tal-kriżijiet tal-enerġija, huwa importanti li nenfasizzaw l-importanza tal-kooperazzjoni tal-Istati Membri fil-livell reġjonali. Il-kooperazzjoni reġjonali tippermetti soluzzjonijiet rapidi bi spejjeż baxxi.

    II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

    IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR):

    Kummenti ġenerali

    1.

    jilqa’ l-pakkett “Enerġija Nadifa” tal-Kummissjoni Ewropea u jenfasizza l-prijoritajiet tiegħu – l-effiċjenza enerġetika u s-sostenibbiltà tal-bini, l-industrija u t-trasport, l-espansjoni tal-enerġija rinnovabbli kif ukoll il-kundizzjonijiet u d-disinn razzjonali tagħha, li jippermettu lill-konsumaturi jipparteċipaw billi jikkontrollaw ir-rekwiżiti tal-enerġija, il-ħolqien ta’ suq intern tal-enerġija u l-istabbiliment ta’ responsabbiltajiet ġodda għan-netwerks ta’ distribuzzjoni tal-elettriku, l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u l-leġislaturi nazzjonali ser jgħinu biex jiġu żgurati l-indipendenza tal-enerġija, is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, l-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-protezzjoni tal-klima u fuq kollox prezzijiet affordabbli tal-enerġija għall-konsumaturi;

    2.

    jenfasizza, madankollu, li hemm indikazzjonijiet ċari li l-miri attwali tal-UE skont il-pakkett 2030 dwar l-enerġija u l-klima mhux se jkunu suffiċjenti sabiex jissodisfaw l-impenji li l-Istati Membr kollha u l-UE wettqu billi ffirmaw il-Ftehim ta’ Pariġi; jinsab konvint, b’mod partikolari, li l-mira ta’ 27 % tal-enerġija rinnovabbli fil-livell tal-UE mhijiex ambizzjuża biżżejjed u għalhekk jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha sabiex jiffissaw mira ogħla;

    3.

    jilqa’ l-proposti għal kooperazzjoni transkonfinali mill-qrib fil-livell reġjonali u jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex fl-istess ħin tidentifika opportunitajiet biex tiġi promossa tali kooperazzjoni billi jiġu estiżi d-drittijiet għall-parteċipazzjoni fil-livell mikro, tippermetti kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali u jiġu provduti opportunitajiet ġenwini lir-reġjuni ġirien biex jistabbilixxu infrastruttura komuni tal-enerġija lil hinn mill-fruntieri nazzjonali;

    4.

    jiddispjaċih li hemm referenza vaga biss għar-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-proposti tal-Kummissjoni u jenfasizza l-kontribut importanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għall-implimentazzjoni tal-miri dwar il-protezzjoni tal-klima. Ħafna bliet kbar u żgħar fl-UE diġà kellhom pjani ta’ azzjoni fil-qasam tal-klima u l-enerġija sostenibbli għal bosta snin, li jinkorporaw il-produzzjoni tal-elettriku u s-sħana b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju, l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, u miżuri li għandhom l-għan li jtejbu l-effiċjenza enerġetika kif ukoll l-iżvilupp tat-trasport sostenibbli;

    5.

    jappoġġja l-għanijiet tal-Kummissjoni Ewropea li toħloq qafas flessibbli u orjentat lejn is-suq, li jippromovi l-iżvilupp tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli filwaqt li jevita d-distorsjonijiet tas-suq, u jilqa’ b’mod partikolari l-proposti li jinħolqu inċentivi aktar b’saħħithom biex il-konsumaturi jsiru atturi fis-suq tal-elettriku; jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ komunitajiet tal-enerġija;

    6.

    iqis li l-kooperazzjoni reġjonali għandha tissaħħaħ fil-kuntest tal-istabbiliment ta’ pjani nazzjonali f’oqsma fejn l-effetti transkonfinali huma ovvji; jikkunsidra li huwa importanti ħafna li l-miżuri jiġu kkoordinati mal-pajjiżi ġirien tal-UE fi stadju bikri qabel l-istabbiliment ta’ pjani nazzjonali u li l-awtoritajiet lokali u nazzjonali jiġu involuti fil-proċess;

    7.

    Jemmen li l-Istati Membri għandhom jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jeliminaw l-ostakli amministrattivi, inaqqsu l-ispiża ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju anqas maturi, u jagħtu aktar attenzjoni lill-koordinazzjoni effettiva tal-ippjanar, l-implimentazzjoni u r-rappurtar fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali;

    L-espansjoni tal-enerġija rinnovabbli u l-integrazzjoni tas-suq

    8.

    huwa tal-fehma li l-UE għandha tagħti aktar attenzjoni lill-iżvilupp u l-applikazzjoni tat-teknoloġiji fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli u jinnota li t-teknoloġiji l-ġodda ser jipprovdu lill-konsumaturi kollha (mill-kumpaniji industrijali sad-djar) bil-possibbiltà li jużaw l-enerġija b’mod iktar intelliġenti u effiċjenti u jagħżlu metodi nodfa u effiċjenti ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija;

    9.

    in-nuqqas ta’ mira għall-enerġija rinnovabbli fil-qasam tat-trasport fl-Istati Membri huwa nuqqas importanti ħafna, speċjalment meta t-tilħiq tal-mira ta’ 10 % għall-2020, stipulata fid-Direttiva attwali, kien l-akbar inċentiv għall-iżvilupp tal-bijokarburanti. Għalhekk qed jiġi propost li tiġi inkluża mira għal bijokarburanti (inklużi dawk konvenzjonali prodotti b’mod sostenibbli), li tista’ tkun ta’ 14 %;

    10.

    jikkunsidra li l-enerġija minn sorsi rinnovabbli tista’ tkun kompetittiva u jinnota li ċerti sorsi tal-enerġija rinnovabbli, bħall-parks eoliċi fuq l-art, jistgħu jikkompetu mas-sorsi tal-enerġija fossili u li l-prezzijiet tal-enerġija eolika ser ikomplu jonqsu jekk tiġi installata aktar kapaċità għall-enerġija mir-riħ u tittejjeb it-teknoloġija;

    11.

    huwa tal-fehma li l-innovazzjonijiet fil-qasam tal-enerġija nadifa jirrikjedu suq uniku li jaħdem tajjeb u kompetizzjoni ġusta, li jippermettu li atturi ġodda fis-suq jimplimentaw proġetti innovattivi għall-enerġija rinnovabbli; jenfasizza madankollu li l-implimentazzjoni tal-proġetti innovattivi għandha tkun soġġetta għall-istess kundizzjonijiet bħal dawk li japplikaw għall-atturi li diġà jeżistu fis-suq;

    12.

    jinnota li l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni lill-karatteristiċi speċifiċi tat-teknoloġiji differenti tal-enerġija rinnovabbli (pereżempju l-prezz, ir-riskju, il-possibbiltà li jiġu provduti sistemi ta’ servizzi) fil-ħolqien ta’ skemi ta’ appoġġ għal sorsi tal-enerġija rinnovabbli. Dan jiżgura kosteffiċjenza akbar u li jinkisbu l-għanijiet fit-tul għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2;

    13.

    iqis li l-Kummissjoni Ewropea għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri jieħdu miżuri adatti biex jippromovu l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli. L-Istati Membri għandhom ikunu aktar flessibbli fir-rigward tal-iżvilupp tal-ġenerazzjoni l-ġdida tat-teknoloġiji għas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u l-protezzjoni tal-proġetti fuq skala żgħira, inklużi l-installazzjonijiet ta’ koġenerazzjoni konnessi ma’ sistema ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali;

    14.

    jenfasizza li l-iżvilupp tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli u l-integrazzjoni tas-suq jirrikjedu riżorsi finanzjarji sinifikanti u, għalhekk, huwa partikolarment importanti li jingħataw prijorità għolja u li jiġi żgurat approċċ komuni fil-livell Ewropew, nazzjonali, lokali u reġjonali sabiex jiġu konnessi diversi sorsi ta’ finanzjament u biex jinkiseb effett multiplikatur;

    15.

    jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex, fid-dawl tal-iskemi ta’ appoġġ eżistenti tal-Istati Membri u bil-għan li jiġu armonizzati r-regoli u l-mobilizzazzjoni tal-investimenti għal dan is-settur, tiddefinixxi b’mod ċar l-approċċ għall-programmi ta’ promozzjoni fid-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli;

    16.

    jinnota li huwa importanti li jkun hemm informazzjoni ċara u korretta dwar il-possibbiltà li jintużaw l-istrumenti ta’ finanzjament tal-UE wara l-2020 sabiex jinkisbu miri aktar ambizzjużi; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li tintuża l-inġinerija finanzjarja avvanzata sabiex jiġi żgurat li l-investiment ewlieni jiġi mis-settur privat. F’dan ir-rigward, jinnota li 25 % tal-proġetti ffinanzjati mill-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS) kienu marbuta mal-enerġija, bil-konsegwenza li jgħinu biex tingħata spinta fis-settur tal-enerġija;

    17.

    huwa tal-fehma li l-iskemi ta’ appoġġ għall-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli wrew li huma għodda effettiva għall-promozzjoni tal-użu ta’ dan it-tip ta’ elettriku; jenfasizza madankollu li skont il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-Protezzjoni Ambjentali u l-Enerġija 2014-2020, applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2014, il-produzzjoni matura tal-enerġija rinnovabbli għandha tiġi integrata fis-suq intern tal-elettriku b’mod gradwali, l-għajnuna mill-Istat għandha tirrifletti t-tnaqqis fl-ispejjeż tal-produzzjoni u distorsjoni fis-suq għandha tiġi evitata; jinnota wkoll li l-ispejjeż esterni assoċjati ma’ dawn is-sorsi tal-enerġija għandhom ikunu aktar trasparenti;

    18.

    jaqbel, fil-prinċipju, mal-ftuħ tal-iskemi ta’ appoġġ għal proġetti fi Stati Membri oħra, iżda l-Istati Membri għandhom janalizzaw bir-reqqa l-possibbiltajiet li jiftħu s-suq sabiex jiġi evitat li tali obbligu jnaqqas il-produzzjoni lokali minħabba l-kapaċità finanzjarja akbar tal-Istati Membri l-oħra tal-UE li jkunu qed jipparteċipaw fid-distribuzzjoni tal-għajnuna; iqis għaldaqstant li skemi ta’ appoġġ imsejsa fuq kooperazzjoni transkonfinali għandhom jingħataw preferenza u għandu jkun hemm fokus speċjali fuq l-interkonnessjonijiet;

    Is-suq intern tal-elettriku u l-ġestjoni tar-riskju

    19.

    jenfasizza li suq integrat tal-enerġija huwa l-aħjar mod kif jiġu żgurati prezzijiet affordabbli tal-enerġija u provvista sigura tal-enerġija u biex ikun hemm integrazzjoni tal-ġenerazzjoni ta’ kwantitajiet kbar ta’ elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli b’mod kosteffikaċi; jilqa’ għaldaqstant il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea għal tfassil tas-suq tal-elettriku li jippromovi l-introduzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, itejjeb il-ġestjoni tad-domanda, joħloq suq integrat tal-enerġija fil-livell reġjonali u jsaħħaħ il-pożizzjoni tal-konsumaturi.

    20.

    jisħaq li f’bosta Stati Membri, il-prezzijiet tal-elettriku ma jsegwux id-domanda u l-provvista, iżda huma rregolati mill-awtoritajiet pubbliċi. Dan jista’ jfixkel il-kompetizzjoni u jxekkel il-mobilizzazzjoni tal-investiment kif ukoll id-dħul fis-suq ta’ fornituri ġodda u għandu jkun dejjem iġġustifikat b’mod xieraq fir-rigward ta’ għanijiet tal-politika speċifiċi bħall-protezzjoni tal-konsumaturi l-aktar vulnerabbli. Il-Kumitat tar-Reġjuni għalhekk jappoġġja l-liberalizzazzjoni proposta tas-suq u t-tnaqqis tal-influwenza tal-istat bl-għan li jitnaqqsu l-prezzijiet għall-konsumaturi, iżda jinnota li d-deregolazzjoni tal-prezzijiet tal-enerġija għandha titwettaq b’mod gradwali mill-Istati Membri u b’rispett xieraq għan-natura speċjali tal-enerġija bħala servizz ta’ interess ġenerali;

    21.

    huwa tal-opinjoni li l-komunitajiet tal-enerġija lokali jistgħu jkunu mezz effettiv ta’ ġestjoni tal-enerġija fil-livell lokali; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi għodod tekniċi u finanzjarji biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu jistgħu jappoġġjaw bis-sħiħ lil dawn il-komunitajiet;

    22.

    iqis li l-Istati Membri għandhom bżonn jiżvluppaw pjani ta’ ġestjoni tar-riskju biex jevitaw sitwazzjonijiet ta’ kriżi u jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni reġjonali għal ġestjoni aktar effiċjenti tas-settur tal-enerġija; iqis ukoll li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu kkonsultati matul it-tfassil ta’ dawn il-pjani;

    23.

    jenfasizza li l-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku tirrikjedi definizzjoni komuni tal-problema fil-livell tal-UE, il-ġbir u l-iskambju tad-data rilevanti f’kooperazzjoni bejn livelli differenti ta’ governanza u sensiela ta’ politiki u miżuri mmirati sabiex jgħinu lill-konsumaturi tal-enerġija l-aktar vulnerabbli sabiex jipparteċipaw fis-suq u sabiex itaffu l-piż tal-prezzijiet tal-enerġija għolja;

    Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER)

    24.

    jilqa’ l-fatt li l-qafas legali ġie analizzat bis-sħiħ, li ma ġewx ikkunsidrati biss l-aspetti individwali tas-suq tal-enerġija iżda ġew ikkunsidrati wkoll ir-relazzjonijiet ta’ bejniethom, l-interazzjoni ta’ dawk involuti fil-kisba ta’ dawn l-objettivi u l-qsim tar-responsabbiltajiet. Ta’ min jilqa’ l-fatt li l-ACER ingħatat iktar piż fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-kodiċi tan-netwerk; jenfasizza madankollu li l-Kummissjoni Ewropea għandha tiżgura li l-ACER ikollha s-setgħat meħtieġa biex tikseb l-informazzjoni mill-aktar istituzzjonijiet importanti fl-Istati Membri u twettaq kompiti oħra ta’ koordinazzjoni;

    25.

    jinnota li l-miżuri regolatorji tal-ACER ma jissostitwixxux id-deċiżjonijiet nazzjonali b’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità; jirrakkomanda wkoll it-tisħiħ tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tagħhom u l-attivitajiet liberi tagħhom. Ir-riżorsi meħtieġa għandhom ikunu disponibbli għall-attivitajiet adatti tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u dawn għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw, bid-drittijiet kollha, fil-kooperazzjoni fil-livell tal-UE;

    Il-konsumaturi u l-importanza tal-informazzjoni u l-edukazzjoni

    26.

    jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal riforma tas-suq tal-enerġija, l-għoti ta’ aktar influwenza lill-konsumaturi, sabiex isiru atturi fis-suq ta’ status ugwali; jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni biex tippromovi l-introduzzjoni ta’ arloġġi intelliġenti, fuq bażi volontarja u b’konformità mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data, sabiex il-konsumaturi jirċievu kontijiet ċari u jkunu jistgħu jbiddlu l-provvedituri tal-elettriku tagħhom b’mod faċli;

    27.

    jinnota li jinħtieġu aktar riċerka u kooperazzjoni aktar mill-qrib mar-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali sabiex tiġi mifhuma aħjar il-motivazzjoni tal-konsumaturi biex jipparteċipaw fis-suq tal-elettriku. Fehim aħjar tal-fatturi li għandhom impatt fuq l-imġiba tal-konsumatur jista’ jipprovdi informazzjoni importanti dwar kif il-konsumaturi jistgħu jitħeġġu jaġixxu bħala atturi b’saħħithom u responsabbli fis-suq tal-elettriku l-ġdid;

    28.

    jinnota li l-istudji juru li l-konsumaturi jilmentaw dwar nuqqas ta’ trasparenza fis-swieq tal-elettriku, li tnaqqas il-kapaċità tagħhom li jibbenefikaw mill-kompetizzjoni u li jipparteċipaw fis-swieq b’mod attiv. Il-konsumaturi ma jħossux li huma infurmati biżżejjed dwar provvedituri u għażliet alternattivi; jenfasizza għaldaqstant li l-problemi tal-protezzjoni tal-privatezza u tas-sigurtà tad-data tal-konsumaturi għandhom jissolvew u jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tressaq proposti tekniċi dwar kif jistgħu jiġu żgurati livelli għolja ta’ standards tas-sigurtà;

    29.

    jenfasizza l-importanza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-promozzjoni tal-ħolqien tal-komunitajiet tal-enerġija; jinnota li r-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali jistgħu jipprovdu appoġġ fl-oqsma li ġejjin: il-bini tal-kapaċità, l-apoġġ għall-aċċess għall-finanzjament, it-taħriġ, l-iskambju ta’ esperjenzi pożittivi, il-provvista ta’ assistenza teknika u l-promozzjoni tas-sħubijiet;

    30.

    jenfasizza l-importanza ta’ attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni li jħeġġu lill-konsumaturi jsiru atturi attivi fis-settur tal-enerġija. F’dan ir-rigward, huwa importanti u għandu jiġi appoġġjat rwol attiv tal-Kumitat tar-Reġjuni, peress li jista’ jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-informazzjoni, it-tixrid tal-ideat fil-komunitajiet lokali u l-iskambju tal-aħjar prattiki;

    Ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali

    31.

    jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol importanti fis-settur tal-enerġija: bl-azzjonijiet tagħhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jinfluwenzaw l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-enerġija u l-funzjonament tas-suq, jorganizzaw il-provvista ta’ servizzi u huma responsabbli għall-ġestjoni tat-territorju u l-użu tal-art, huma responsabbli għad-dawl tat-toroq, il-provvista ta’ servizzi tatt-trasport u l-ġestjoni ta’ akkomodazzjoni, jiddeċiedu dwar l-għoti ta’ permessi u jorganizzaw l-edukazzjoni u l-informazzjoni tar-residenti. Barra minn hekk, jiġġestixxu riżorsi konsiderevoli għall-akkwist pubbliku ta’ prodotti u servizzi li jikkonsmaw l-enerġija; F’bosta każijiet, l-awtoritajiet huma wkoll produtturi tal-enerġija;

    32.

    jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali mhumiex identifikati bħala atturi importanti fis-settur tal-enerġija fil-proposti tal-Kummisjsoni u jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra lill-awtoritajiet lokali u reġjonali bħala imsieħba ugwali għal-livell ċentrali fit-twettiq ta’ miżuri futuri f’dan il-qasam;

    33.

    jinnota li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jikkontribwixxu għal użu akbar ta’ enerġija rinnovabbli u għal aktar effiċjenza enerġetika fil-livell lokali u reġjonali, pereżempju billi jiġu stabbiliti objettivi u pjani ta’ azzjoni ambizzjużi, permezz tas-semplifikazzjoni tal-proċeduri u r-regoli amministrattivi jew permezz tal-appoġġ finanzjarju u l-edukazzjoni. Jenfasizza f’dan ir-rigward li aktar minn 6 600 awtorità lokali u reġjonali ffirmaw il-Patt tas-Sindki u li aktar għandhom jiġu mħeġġa sabiex volontarjament jingħaqdu ma’ dan u ma’ inizjattivi internazzjonali oħra simili;

    34.

    jikkunsidra li l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu kkonsultati dwar azzjonijiet konkreti futuri peress li l-ippjanar tal-infrastruttura, il-mobilizzazzjoni tal-investituri, is-sensibilizzazzjoni u l-għoti ta’ pariri lill-konsumaturi huma kompiti tagħhom;

    35.

    joffri l-għajnuna tiegħu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jiġu stabbiliti kuntatti mal-esperti rilevanti sabiex jittejbu l-kapaċitajiet tagħhom u jikkoordinaw aħjar l-approċċi komuni;

    Is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità

    36.

    jinnota li xi parlamenti nazzjonali esprimew tħassib dwar il-proposti tal-Kummissjoni Ewropea f’termini tal-aderenza tagħhom mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom responsabbiltà kbira biex jiżguraw leġislazzjonijiet effettivi tal-UE; għalhekk, iqis ukoll li l-konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità tkun teħtieġ li tiġi analizzata aktar bir-reqqa.

    Brussell, it-13 ta’ Lulju 2017.

    Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

    Markku MARKKULA


    Top