Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0421

    Kawża T-421/17: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2017 – Leino-Sandberg vs Il-Parlament

    ĠU C 293, 4.9.2017, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.9.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 293/38


    Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2017 – Leino-Sandberg vs Il-Parlament

    (Kawża T-421/17)

    (2017/C 293/47)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Päivi Leino-Sandberg (Helsinki, il-Finlandja) (rappreżentanti: O. Brouwer u S. Schubert, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament, tat-3 ta’ April 2017, li tirrifjuta lir-rikorrenti l-aċċess għad-deċiżjoni tagħha tat-8 ta’ Lulju 2015 b’risposta għall-applikazzjoni konfermatorja magħmula minn terz skont ir-Regolament Nru 1049/2001;

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

    1.

    L-ewwel motiv bbażat fuq l-żball ta’ liġi, fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni fl-applikazzjoni tal-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji, fit-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament ta’ Trasparenza.

    Hija ssostni li d-dokument rikjest huwa dokument amministrattiv finali, li ma jgawdix minn protezzjoni taħt kunfidenzjalità jew xi eċċezzjoni oħra ta’ rifjut ta’ żvelar. Barra minn hekk, anki jekk tali eċċezzjoni tkun applikabbli f’dan il-każ, hija ssostni li l-konvenut wettaq manifestament żball ta’ interpretazzjoni jew applikazzjoni b’mod żbaljat tal-eċċezzjoni sa fejn naqas li juri kif l-iżvelar tad-dokument rikjest jippreġudika l-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji.

    2.

    It-tieni motiv bbażat fuq l-iżball ta’ liġi, fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni fl-applikazzjoni tal-kriterju tal-interess pubbliku superjuri kif rikjest mit-tieni inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament ta’ Trasparenza.

    3.

    It-tielet motiv, imqajjem sussidjarjament u bbażat fuq l-iżball ta’ liġi, fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament ta’ Trasparenza.


    Top