This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TN0392
Case T-392/17: Action brought on 14 June 2017 — TE v Commission
Kawża T-392/17: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2017 – TE vs Il-Kummissjoni
Kawża T-392/17: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2017 – TE vs Il-Kummissjoni
ĠU C 293, 4.9.2017, p. 36–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 293/36 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2017 – TE vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-392/17)
(2017/C 293/45)
Lingwa tal-kawża: iċ–Ċek
Partijiet
Rikorrent: TE (rappreżentant: J. Bartončík, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni li tinfetaħ investigazzjoni mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq allegat ksur ta’ prinċipju bażiku tad-dritt tal-UE – il-prinċipju ta’ sussidjarjetà. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ne bis in idem. |