Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0388

    Kawża C-388/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Artikolu 260(2) TFUE — Sanzjonijiet pekunjarji — Somma f’daqqa)

    ĠU C 293, 4.9.2017, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.9.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 293/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja

    (Kawża C-388/16) (1)

    ((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 260(2) TFUE - Sanzjonijiet pekunjarji - Somma f’daqqa))

    (2017/C 293/14)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Nicolae u S. Pardo Quintillán, aġenti)

    Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: M. A. Sampol Pucurull u A. Rubio González, aġenti)

    Dispożittiv

    1)

    Billi ma ħax, fid-data li fiha skada t-terminu mogħti fl-ittra ta’ intimazzjoni maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea, jiġifieri fl-20 ta’ Settembru 2015, il-miżuri li kienet tinvolvi l-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-11 ta’ Diċembru 2014, Il-Kummissjoni vs Spanja (C-576/13, mhux ippubblikata, EU:C:2014:2430), Ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 260(1) TFUE.

    2)

    Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat iħallas lill-Kummissjoni Ewropea somma f’daqqa ta’ EUR 3 miljuni.

    3)

    Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 314, 29.8.2016.


    Top