Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0701

    Kawża C-701/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia – l-Italja) – Malpensa Logistica Europa SpA vs SEA – Società Esercizi Aeroportuali SpA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi — Trasport — Kunċett ta’ “esplojtazzjoni ta’ żona ġeografika għall-finijiet tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tat-trasportaturi bl-ajru ta’ ajruporti jew ta’ terminals oħra tat-trasport” — Direttivi 2004/17/KE u 96/67/KE — Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix proċedura minn qabel ta’ sejħa għal offerti għall-allokazzjoni ta’ spazji fl-ajruport)

    ĠU C 293, 4.9.2017, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.9.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 293/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia – l-Italja) – Malpensa Logistica Europa SpA vs SEA – Società Esercizi Aeroportuali SpA

    (Kawża C-701/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Trasport - Kunċett ta’ “esplojtazzjoni ta’ żona ġeografika għall-finijiet tat-tqegħid għad-dispożizzjoni tat-trasportaturi bl-ajru ta’ ajruporti jew ta’ terminals oħra tat-trasport” - Direttivi 2004/17/KE u 96/67/KE - Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix proċedura minn qabel ta’ sejħa għal offerti għall-allokazzjoni ta’ spazji fl-ajruport))

    (2017/C 293/05)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Malpensa Logistica Europa SpA

    Konvenuta: SEA – Società Esercizi Aeroportuali SpA

    fil-preżenza ta’: Beta-Trans SpA

    Dispożittiv

    L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti [għoti ta’ kuntratti] ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tipprevedix proċedura minn qabel ta’ sejħa pubblika għal offerti għall-allokazzjonijiet, anki temporanji, ta’ spazji intiżi għall-groundhandling fl-ajruporti, li ma humiex akkumpanjati mill-ħlas ta’ remunerazzjoni mill-korp li jmexxi l-ajruport.


    (1)  ĠU C 136, 18.4.2016.


    Top