This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017HB0024
Recommendation of the European Central Bank of 24 August 2017 to the Council of the European Union on the external auditors of the Banco de Portugal (ECB/2017/24)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Awwissu 2017 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de Portugal (BĊE/2017/24)
Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Awwissu 2017 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de Portugal (BĊE/2017/24)
ĠU C 292, 2.9.2017, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.9.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 292/1 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-24 ta’ Awwissu 2017
lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de Portugal
(BĊE/2017/24)
(2017/C 292/01)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Il-mandat tal-awdituri esterni kurrenti tal-Banco de Portugal, PricewaterhouseCoopers & Associados — Sociedade de Revisores Oficiais de Contas, Lda. intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja tal-2016. Għalhekk huwa meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2017. |
(3) |
Il-Banco de Portugal għażel lil Deloitte & Associados — Sociedade de Revisores Oficiais de Contas S.A. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2017 sa 2021, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
Huwa rrakkomandat li Deloitte & Associados — Sociedade de Revisores Oficiais de Contas S.A. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banco de Portugal għas-snin finanzjarji 2017 to 2021.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-24 ta’ Awwissu 2017.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI