Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0151

    Kawża T-151/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2017 – NC vs Il-Kummissjoni (“Sussidji — Investigazzjoni tal-OLAF — Konstatazzjoni ta’ irregolaritajiet — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipprovdi sanzjoni amministrattiva — Esklużjoni minn proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u mill-għoti ta’ sussidji ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni għal perijodu ta’ 18-il xahar — Inklużjoni fid-database tas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni — Applikazzjoni ratione temporis tad-diversi verżjonijiet tar-Regolament Finanzjarju — Forom proċedurali sostanzjali — Applikazzjoni retroattiva tal-liġi kriminali inqas severa”)

    ĠU C 256, 7.8.2017, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 256/23


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2017 – NC vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-151/16) (1)

    ((“Sussidji - Investigazzjoni tal-OLAF - Konstatazzjoni ta’ irregolaritajiet - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipprovdi sanzjoni amministrattiva - Esklużjoni minn proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u mill-għoti ta’ sussidji ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni għal perijodu ta’ 18-il xahar - Inklużjoni fid-database tas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni - Applikazzjoni ratione temporis tad-diversi verżjonijiet tar-Regolament Finanzjarju - Forom proċedurali sostanzjali - Applikazzjoni retroattiva tal-liġi kriminali inqas severa”))

    (2017/C 256/25)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: NC (rappreżentant: inizjalment J. Killick, G. Forwood, barristers, C. Van Haute u A. Bernard, avukati, sussegwentement J. Killick, G. Forwood, C. Van Haute u J. Jeram, solicitor)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Dintilhac u M. Clausen, sussegwentement F. Dintilhac u R. Lyal, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Jannar 2016, li tipprovdi sanzjoni amministrattiva ta’ esklużjoni tar-rikorrenti mill-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti u mis-sussidji ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għal perijodu ta’ 18-il xahar u li konsegwentement tinkludih fid-database tas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni prevista fl-Artikolu 108(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU 2012, L 298, p. 1).

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Jannar 2016, li tipprovdi sanzjoni amministrattiva ta’ esklużjoni ta’ NC mill-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti u mis-sussidji ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għal perijodu ta’ 18-il xahar u li konsegwentement tinkludiha fid-database tas-sistema ta’ identifikazzjoni bikrija u ta’ esklużjoni prevista fl-Artikolu 108(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 hija annullata.

    2)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 279, 1.8.2016.


    Top