Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017M8553

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8553 — Banco Santander/Banco Popular Group) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    ĠU C 234, 20.7.2017, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 234/14


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.8553 — Banco Santander/Banco Popular Group)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2017/C 234/06)

    1.

    Fl-14 ta’ Lulju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Banco Santander S.A. (“Santander”, Spanja) jakkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-Banco Popular Español S.A. (“BPE”, Spanja) permezz tax-xiri ta’ ishma.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    Santander, attiva f’servizzi bankarji, servizzi ta’ teżorerija u assigurazzjoni, hija l-impriża prinċipali ta’ grupp internazzjonali ta’ kumpaniji bankarji u finanzjarji, li taħdem prinċipalment fi Spanja, pajjiżi Ewropej oħra inklużi l-Portugall, ir-Renju Unit, l-Amerika Latina u l-Istati Uniti tal-Amerika.

    BPE hija l-kumpanija principali tal-grupp BPE, li jikkonsisti fl-entitajiet finanzjarji li ġejjin: Banco Pastor, BPE Banca Privada, TotalBank u Banco BPE Portugal. BPE għandu wkoll sehem f’Targobank u WiZink. BPE jipprovdi servizzi bankarji kif ukoll servizzi ta’ assigurazzjoni, kemm fi Spanja kif ukoll fil-Portugall. BPE huwa kkwotat fil-borża ta’ Madrid, ta’ Barċellona, ta’ Bilbao u f’dik ta’ Valencia.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8553 — Banco Santander/Banco Popular Group, fl-indirizz li ġej:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


    Top