EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0274

Kawża T-274/17: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2017 – Monster Energy vs EUIPO – Bösel (MONSTER DIP)

ĠU C 221, 10.7.2017, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/36


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2017 – Monster Energy vs EUIPO – Bösel (MONSTER DIP)

(Kawża T-274/17)

(2017/C 221/51)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Marco Bösel (Bad Fallingbostel, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “MONSTER DIP” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 118 211

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Frar fil-Każ R 1062/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tad-19 ta’ April 2016 fl-oppożizzjoni B 2433681;

tiċħad it-trade mark opposta għall-prodotti u għas-servizzi kollha;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b), 8(4) u 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009


Top