Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0236

    Kawża T-236/17: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2017 – Balti Gaas vs Il-Kummissjoni u INEA

    ĠU C 221, 10.7.2017, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 221/30


    Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2017 – Balti Gaas vs Il-Kummissjoni u INEA

    (Kawża T-236/17)

    (2017/C 221/43)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Balti Gaas OÜ (Talinn, l-Estonja) (rappreżentanti: E. Tamm u L. Naaber-Kivisoo, avukati)

    Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA)

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuti tas-17 ta’ Frar 2017 Ref Ares(2017)890302 (1);

    tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż tagħhom u għal dawk sostnuti mir-rikorrenti.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuti ma żgurawx li l-proċeduri li ġew segwiti fl-għoti ta’ sussidji kienu konformi mal-prinċipji ta’ legalità, ta’ trasparenza u ta’ amministrazzjoni tajba u tinvoka erba’ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ kompetenza.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq ksur ta’ rekwiżit formali essenzjali minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni.

    4.

    Ir-raba’ motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ eżattezza materjali tal-motivazzjoni.


    (1)  Deċiżjoni meħuda fir-rigward tad-Deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni C(2016)1587 final, tas-17 ta’ Marzu 2016, li temenda d-Deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni C(2014)2080 li tistabbilixxi l-programm ta’ ħidma multiannwali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja fil-qasam tal-infrastruttura trans-Ewropea tal-enerġija fil-kuntest tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-perjodu 2014-2020.


    Top