Scegli le funzioni sperimentali da provare

Questo documento è un estratto del sito web EUR-Lex.

Documento 62016TB0055

    Kawża T-55/16 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2017 – De Nicola vs BEI (“Appell — Servizz pubbliku — Persunal tal-BEI — Evalwazzjoni — Rapport tal-iżvilupp tal-karriera — Eżerċizzju ta’ evalwazzjoni 2009 — Żbalji ta’ liġi — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”)

    ĠU C 221, 10.7.2017, pagg. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 221/26


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Mejju 2017 – De Nicola vs BEI

    (Kawża T-55/16 P) (1)

    ((“Appell - Servizz pubbliku - Persunal tal-BEI - Evalwazzjoni - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Eżerċizzju ta’ evalwazzjoni 2009 - Żbalji ta’ liġi - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”))

    (2017/C 221/36)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: G. Ferabecoli, avukat)

    Appellat: Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) (rappreżentanti: G. Nuvoli u G. Faedo, aġenti, assisstiti minn A. Dal Ferro, avukat)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (Imħallef Uniku) tat-18 ta’ Diċembru 2015, De Nicola vs BEI (F-45/11, EU:F:2015:167), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.

    Dispożittiv

    1)

    L-appell huwa miċħud.

    2)

    Carlo De Nicola għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) fil-kuntest ta’ din l-istanza.


    (1)  ĠU C 106, 21.3.2016.


    In alto