Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0249

    Kawża C-249/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fit-12 ta’ Mejju 2017 – Ryanair Ltd vs The Revenue Commissioners

    ĠU C 221, 10.7.2017, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 221/15


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fit-12 ta’ Mejju 2017 – Ryanair Ltd vs The Revenue Commissioners

    (Kawża C-249/17)

    (2017/C 221/19)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    Supreme Court

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Ryanair Ltd

    Konvenuti: The Revenue Commissioners

    Domandi preliminari

    1)

    L-intenzjoni futura li jipprovdi servizzi ta’ ġestjoni lil kumpannija fil-mira ta’ akkwist, f’każ li l-akkwist iseħħ, hija suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit li l-akkwirent potenzjali jiġġestixxi attività ekonomika għall-finijiet tal-Artikolu 4 tas-Sitt Direttiva tal-VAT (1) biex b’hekk il-VAT imposta fuq l-akkwirent potenzjali fuq oġġetti jew servizzi pprovduti bil-għan li javvanza l-akkwist rilevanti tkun tista’ potenzjalment tiġi kkunsidrata bħala VAT tal-input fuq l-attività ekonomika intenzjonata għall-provvista ta’ tali servizzi ta’ ġestjoni; u

    2)

    Jista’ jkun hemm “rabta diretta u immedjata” suffiċjenti, kif identifikata bħala rekwiżit mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Cibo (2), bejn is-servizzi professjonali pprovduti fil-kuntest ta’ tali akkwist potenzjali u output, li jikkonsisti fil-provvista potenzjali ta’ ġestjoni tal-mira ta’ akkwist fil-każ li l-akkwist iseħħ, biex b’hekk ikun permess tnaqqis fir-rigward tal-VAT dovuta fuq dawk is-servizzi professjonali?


    (1)  Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).

    (2)  Sentenza tas-27 ta’ Settembru 2001, Cibo Participations SA vs Directeur régional des impôts du Nord-Pas-de-Calais, C-16/00, EU:C:2001:495.


    Top