EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CN0182

Kawża C-182/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fil-11 ta’ April 2017 – Ntp. Nagyszénás Településszolgáltatási Nonprofit Kft vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság

ĠU C 221, 10.7.2017, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.7.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 221/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fil-11 ta’ April 2017 – Ntp. Nagyszénás Településszolgáltatási Nonprofit Kft vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság

(Kawża C-182/17)

(2017/C 221/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ntp. Nagyszénás Településszolgáltatási Nonprofit Kft

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság

Domandi preliminari

1)

Kumpannija kummerċjali li hija miżmuma 100 % minn muniċipalità hija inkluża fil-kunċett ta’ “korp irregolat mid-dritt pubbliku” fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, jista’ jitqies li l-kumpannija kummerċjali tkun qiegħda taġixxi bħala awtorità pubblika meta twettaq kompiti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-muniċipalità li iżda din tal-aħħar tkun iddelegat lil din il-kumpannija?

3)

Fil-każ li r-risposta għal kull waħda miż-żewġ domandi preċedenti tkun fin-negattiv, jista’ jitqies li l-ammont imħallas mill-muniċipalità lill-kumpannija kummerċjali għat-twettiq tal-kompiti inkwistjoni jikkostitwixxi korrispettiv?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1.


Top