Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2017/123/12

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8431 — OMERS/AIMCo/Vue/Dalian Wanda Group/UCI Italia/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

ĠU C 123, 20.4.2017, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.4.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 123/11


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8431 — OMERS/AIMCo/Vue/Dalian Wanda Group/UCI Italia/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 123/12)

1.

Fis-7 ta’ April 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi The Space Cinema 1 SpA (“TSC”, l-Italja), ikkontrollata indirettament minn Vue International Holdco Limited (“Vue”, ir-Renju Unit), ikkontrollata b’mod konġunt minn Alberta Investment Management Corporations (“AIMCo”, il-Kanada) u OCP Investment Corporation (“OMERS”, il-Kanada), u UCI Italia SpA (“UCI Italia”, l-Italja), ikkontrollata mid-Dalian Wanda Group (iċ-Ċina) permezz ta’ AMC Entertainment Holdings, Inc. (“AMC”, l-Istati Uniti) jakkwistaw, fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ impriża konġunta ġdida (“JV”) permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal TSC: servizzi ta’ eżibizzjonijiet ċinematografiċi fl-Italja fejn tħaddem 36 ċinema;

—   għal Vue: servizzi ta’ eżibizzjonijiet ċinematografiċi fir-Renju Unit, l-Italja, il-Ġermanja, in-Netherlands, il-Polonja, id-Danimarka, l-Irlanda, il-Latvja, il-Litwanja u t-Tajwan. Vue bħalissa tħaddem b’kollox 211-il ċinema;

—   għal AIMCo: ġestjoni tal-investimenti, investimenti globali f’isem il-klijenti tagħha, diversi fondi ta’ pensjonijiet, ta’ dotazzjoni u governattivi fil-Provinċja ta’ Alberta (il-Kanada);

—   għal OMERS: amministrazzjoni ta’ wieħed mill-iktar fondi tal-pensjonijiet importanti tal-Kanada, li jipprovdi benefiċċji tal-irtirar, ġestjoni ta’ portafoll globali u ddiversifikat ta’ stokks u bonds kif ukoll proprjetajiet immobbli, infrastruttura u investimenti ta’ ekwità privata;

—   għal UCI Italia: servizzi ta’ eżibizzjonijiet ċinematografiċi fl-Italja fejn tħaddem 48 ċinema;

—   għal AMC: servizzi ta’ eżibizzjonijiet ċinematografiċi fl-Istati Uniti u f’partijiet mill-Ewropa;

—   għad-Dalian Wanda Group: tliet attivitajiet ta’ negozju prinċipali - investiment u operazzjonijiet ta’ proprjetajiet kummerċjali, tal-kultura u tal-finanzi. Huwa jipprovdi wkoll servizzi ta’ eżibizzjonijiet ċinematografiċi fl-Awstralja u fiċ-Ċina, u servizzi ta’ produzzjoni u distribuzzjoni tal-films fiċ-Ċina.

—   għall-JV: servizzi ta’ reklamar taċ-ċinema fl-Italja;

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) bl-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bir-referenza M.8431 — OMERS/AIMCo/Vue/Dalian Wanda Group/UCI Italia/JV, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top