This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017XG0304(01)
Notice for the attention of the persons subject to the restrictive measures provided for in Council Decision 2014/119/CFSP, as implemented by Council Decision (CFSP) 2017/381, and in Council Regulation (EU) No 208/2014 concerning restrictive measures directed against certain persons, entities and bodies in view of the situation in Ukraine
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, kif implimentata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK 2017/381), u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

ĠU C 69, 4.3.2017, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
4.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 69/3 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, kif implimentata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK 2017/381), u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna
(2017/C 69/03)
L-informazzjoni li ġejja tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK (1), kif implimentata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/381 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 (3) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2014/119/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta’ dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.
Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 208/2014, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel l-1 ta’ Diċembru 2017 fl-indirizz li ġej:
|
Council of the European Union |
|
General Secretariat |
|
DG C 1C |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
|
Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu |
Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275(2) u l-Artikolu 263(4) u (6), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.