EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0700

Kawża T-700/16: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2016 – Laboratorios Ern vs EUIPO – Ascendo Medienagentur (SLIMDYNAMICS)

ĠU C 462, 12.12.2016, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 462/26


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2016 – Laboratorios Ern vs EUIPO – Ascendo Medienagentur (SLIMDYNAMICS)

(Kawża T-700/16)

(2016/C 462/33)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Laboratorios Ern, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: S. Correa Rodríguez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ascendo Medienagentur AG (Gamprin Bendern, Liechtenstein)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “SLIMDYNAMICS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 882 304

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Lulju 2016 fil-Każijiet Magħquda R 1814/2015-4 and R 1780/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn laqgħet it-talba dwar il-prodotti fil-klassi 5 u tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12 882 304 SLIM DYNAMICS & design sa fejn tinkludi l-prodotti fil-klassi 5; u

tikkundanna lill-EUIPO, u jekk tiddeċiedi li tintervjeni f’din il-kawża, lil ASCENDO MEDIENAGENTUR AG għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


Top