EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2016/461/09

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8317 — KKR/Calsonic Kansei) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE )

ĠU C 461, 10.12.2016, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 461/34


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8317 — KKR/Calsonic Kansei)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 461/09)

1.

Fil-5 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha KKR & Co. L.P. (“KKR”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista il-kontroll waħdieni indirett ta’ Calsonic Kansei Corporation (“Calsonic Kansei”, il-Ġappun) fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

KKR hija kumpanija globali ta’ investiment li toffri firxa wiesgħa ta’ fondi ta’ assi alternattivi u prodotti ta’ investiment f’firxa ta’ setturi,

Calsonic Kansei hija fornitur dinji ta’ partijiet tal-karozzi b’firxa wiesgħa ta’ partijiet tal-karozzi, inklużi moduli għal kabini, sistemi li jikkontrollaw il-klima, prodotti tat-tkessiħ tal-magni, kumpressuri tal-karozzi u sistemi tal-egżost.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permez tal-faks (+32 22964301), permez tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.8317 — KKR/Calsonic Kansei, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top