EUR-Lex L'accès au droit de l'Union européenne

Retour vers la page d'accueil d'EUR-Lex

Ce document est extrait du site web EUR-Lex

Document 62016CN0447

Kawża C-447/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Awwissu 2016 – Roland Becker vs Hainan Airlines Co. Ltd

ĠU C 428, 21.11.2016, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 428/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Awwissu 2016 – Roland Becker vs Hainan Airlines Co. Ltd

(Kawża C-447/16)

(2016/C 428/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Roland Becker

Konvenuta: Hainan Airlines Co. Ltd

Domanda preliminari

Għandu jitqies li, fil-każ ta’ trasport ta’ persuni mwettaq fuq żewġ titjiriet, mingħajr waqfa kunsiderevoli fl-ajruporti ta’ konnessjoni, il-post ta’ tluq tal-ewwel parti tat-titjira huwa l-post ta’ eżekuzzjoni fis-sens tat-tieni inċiż tal-punt 1(b) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 (1), anki meta d-dritt għall-kumpens finanzjarju previst fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (2), invokat fir-rikors, ikun bbażat fuq inċident li seħħ fit-tieni parti tat-titjira u meta r-rikors ikun ippreżentat kontra l-parti kontraenti l-oħra fil-kuntratt ta’ trasport li hija, effettivament, it-trasportatur tal-ajru tat-tieni titjira, iżda mhux tal-ewwel titjira?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).

(2)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


Haut