EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0344

Kawża C-344/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-21 ta Ġunju 2016 – Die Länderbahn GmbH DLB vs DB Station & Service AG

ĠU C 428, 21.11.2016, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 428/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-21 ta Ġunju 2016 – Die Länderbahn GmbH DLB vs DB Station & Service AG

(Kawża C-344/16)

(2016/C 428/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Die Länderbahn GmbH DLB

Konvenuta: DB Station & Service AG

Domandi preliminari

1)

Dispożizzjoni nazzjonali skont liema l-utent ta’ infrastruttura tal-ferroviji li titressaq azzjoni kontrih għall-pagament ta’ tariffi ta’ użu mill-amministratur tal-infrastruttura quddiem qorti ċivili, jew li jitlob quddiem tali qorti r-rimbors ta’ tariffi ta’ użu mħallsa, jista’ jinvoka l-fatt li t-tariffa stabbilita mill-amministratur tal-infrastruttura ma hijiex konformi mal-prinċipju ta’ ekwità, hija kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (1) li jirrigwardaw l-indipendenza tal-amministrazzjoni tal-impriża ta’ infrastruttura [Artikolu 4(1), (4) u (5)], il-prinċipji tal-istabbiliment tat-tariffi (Artikoli 7 sa 12) u l-kompiti tal-korp regolatorju (Artikolu 30)?

2)

Fil-każ li l-ewwel domanda teħtieġ risposta fl-affermattiv, dispożizzjoni nazzjonali skont liema l-qorti adita tista’ u għandha tiffissa b’sentenza t-tariffa effettivament dovuta meta tasal għall-konklużjoni li t-tariffa stabbilita ma hijiex konformi mal-prinċipju ta’ ekwità, hija kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva ċċitati hawn fuq?


(1)  Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2001, dwar l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta’ piżijiet [tariffi] għall-użu ta’ infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 404).


Top