Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0451

Kawża C-451/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (ir-Renju Unit) fit-12 ta’ Awwissu 2016 – MB vs Secretary of State for Work and Pensions

ĠU C 383, 17.10.2016, pp. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (ir-Renju Unit) fit-12 ta’ Awwissu 2016 – MB vs Secretary of State for Work and Pensions

(Kawża C-451/16)

(2016/C 383/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court of the United Kingdom

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: MB

Konvenut: Secretary of State for Work and Pensions

Domanda preliminari

Id-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE (1) tipprekludi l-impożizzjoni fid-dritt nazzjonali ta’ rekwiżit li, minbarra li tissodisfa l-kriterju fiżiku, soċjali u psikoloġiku għar-rikonoxximent ta’ bidla tas-sess, persuna li tkun biddlet is-sess għandha wkoll ma tkunx miżżewġa sabiex tikkwalifika għal pensjoni tal-irtirar tal-Istat?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE, tad-19 ta’ Diċembru 1978, dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215).


Top