This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TB0072
Case T-72/12: Order of the General Court of 18 July 2016 — Bank Mellat v Council (Common foreign and security policy — Restrictive measures against Iran with the aim of preventing nuclear proliferation — Freezing of funds — Annulment of the contested acts — No need to adjudicate)
Kawża T-72/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Lulju 2016 – Bank Mellat vs Il-Kunsill (“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Annullament tal-atti kkontestati — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
Kawża T-72/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Lulju 2016 – Bank Mellat vs Il-Kunsill (“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Annullament tal-atti kkontestati — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)
ĠU C 343, 19.9.2016, p. 38–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
19.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 343/38 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Lulju 2016 – Bank Mellat vs Il-Kunsill
(Kawża T-72/12) (1)
((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Annullament tal-atti kkontestati - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
(2016/C 343/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Bank Mellat (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: S. Zaiwalla, P. Reddy, F. Zaiwalla, Z. Burbeza, solicitors, M. Brindle, QC, u R. Blakeley, barrister)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u I. Rodios, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), safejn l-isem tar-rikorrenti inżamm fil-lista ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.
Dispożittiv
1) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors. |
2) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent ta’ Provincial Investment Companies Association, Saba Tamin Investment Company, Common Investment Fund (Pars Fund), Shirin Asal Food Industrial Group, Sorbon Industrial Production Group u Individual Stock Association. |
3) |
Bank Mellat, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Provincial Investment Companies Association, Saba Tamin Investment Company, Common Investment Fund (Pars Fund), Shirin Asal Food Industrial Group, Sorbon Industrial Production Group u Individual Stock Association għandhom ibatu l-ispejjeż individwali tagħhom. |