Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0364

    Kawża C-364/16 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2016 minn Trioplast Industrier AB mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-12 ta’ Mejju 2016 fil-Kawża T-669/14: Trioplast Industrier AB vs Il-Kummissjoni Ewropea

    ĠU C 343, 19.9.2016, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.9.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 343/31


    Appell ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2016 minn Trioplast Industrier AB mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-12 ta’ Mejju 2016 fil-Kawża T-669/14: Trioplast Industrier AB vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-364/16 P)

    (2016/C 343/43)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Trioplast Industrier AB (rappreżentanti: T. Pettersson, F. Sjövall, A. Johansson, avukat)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    a.

    Tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2016 fil-Kawża T-669/14 Trioplast Industrier vs Il-Kummissjoni Ewropea.

    b.

    Sussidjarjament:

    (i)

    tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni fl-ittra tagħha tat-3 ta’ Lulju 2014 fil-Każ COMP/38354 – Boroż tal-plastik – Trioplast Industrier AB;

    (ii)

    tħassar jew tnaqqas l-ammont tal-interessi moratorji ta’ EUR 674 033,32 imposti fuq Trioplast permezz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni fl-ittra tagħha tat-3 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża COMP/38354 – Boroż industrijali – Trioplast Industrier AB;

    (iii)

    tikkundanna lill-Kummissjoni tirrimborsa lil Trioplast għall-ispiża ta’ EUR 4 686,64 sostnuti għall-provvista ta’ garanzija għall-ħlas tal-interessi moratorji.

    c.

    Iktar sussidjarjament, danni skont l-Artikolu 340(2) TFUE bħala riżultat ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni msemmi iktar 'il fuq għal:

    (i)

    l-ammont tal-interessi moratorji ta’ EUR 674 033,32 jew parti minn dan l-ammont;

    (ii)

    l-ispejjeż ta’ EUR 4 686,64 sostnuti għall-provvista ta’ garanzija għall-ħlas tal-interessi moratorji.

    d.

    Minbarra l-kumpens mitlub taħt (b) u (c), danni skont l-Artikolu 340(2) TFUE bħala riżultat tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni msemmi iktar 'il fuq:

    (i)

    bħala riżultat tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni relatat mal-perijodu meta l-Kummissjoni ma rrilaxxatx jew ma naqqsitx l-ammont tal-garanzija bankarja wara d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-40/06, għall-ispejjeż sostnuti għall-provvista ta’ garanzija, li jammontaw għal EUR 22 783,90, jew parti minnhom.

    e.

    Interessi fuq tali somom skont kif jiġi kkonstatat.

    f.

    Tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    1.

    Trioplast issostni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja l-kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali u l-motivi mressqa hemm. Abbażi tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 168(1)(d) u 169(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Trioplast targumenta li l-Qorti tal-Ġustizzja permezz tas-sentenza tagħha tat-12 ta’ Mejju 2016 fil-Kawża T-669/14 fejn ċaħdet il-kawża wettqet żball fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.

    2.

    L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li s-sentenza tal-2010 sempliċement emendat id-deċiżjoni tal-2005. Minflok, is-sentenza tal-2010 annullat id-deċiżjoni tal-2005 kompletament u kienet teżiġi li l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni ġdida kontra Trioplast ladarba jkun sar magħruf l-eżitu tal-kawżi FLS.

    3.

    It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li l-ittra kkontestata ma kinitx deċiżjoni li setgħet tiġi kkontestata, peress li l-ittra kkontestata stabbiliet għall-ewwel darba obbligu għal Trioplast li kien ċert u ta’ somma fissa.

    4.

    It-tielet nett, il-fatt li d-deċiżjoni tal-2005 ġiet annullata permezz tas-sentenza tal-2010 jfisser li l-interessi moratorji ma jistgħux jiżdiedu skont it-termini tad-deċiżjoni tal-2005.

    5.

    Ir-raba’ nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li l-azzjonijiet tal-Kummissjoni ma ħolqux dannu għal Trioplast u l-Qorti Ġenerali kellha għalhekk tiddeċiedi dwar il-kawża għal danni fil-mertu.


    Top