Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CB0055

    Kawża C-55/16: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-30 ta Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – Ir-Rumanija)– Evo Bus GmbH vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Ploiești (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 90 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud — Dritt għal rimbors — It-Tmien Direttva 79/1072/KEE — Kundizzjonijiet għall-ksib ta’ rimbors — Impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet differenti minn dawk stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4 — Obbligu li tiġi prodotta l-prova tal-ħlas tat-taxxa — Ammissibbiltà))

    ĠU C 343, 19.9.2016, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.9.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 343/17


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-30 ta Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie – Ir-Rumanija)– Evo Bus GmbH vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Ploiești

    (Kawża C-55/16) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 90 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Dritt għal rimbors - It-Tmien Direttva 79/1072/KEE - Kundizzjonijiet għall-ksib ta’ rimbors - Impożizzjoni ta’ kundizzjonijiet differenti minn dawk stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4 - Obbligu li tiġi prodotta l-prova tal-ħlas tat-taxxa - Ammissibbiltà)))

    (2016/C 343/27)

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Înalta Curte de Casaţie şi Justiţie

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Evo Bus GmbH

    Konvenut: Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Ploiești

    Dispożittiv

    It-Tmien Direttiva tal-Kunsill [79/1072/KEE], tas-6 ta’ Diċembru 1979, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Arranġamenti għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud lill-persuni taxxabbli li m’humiex stabbiliti fit-territorju tal-pajjiż, tipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li permezz tagħha, sabiex jeżerċitaw id-dritt tagħhom għar-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud, il-persuni suġġetti għat-taxxa huma suġġetti għal obbligu ġenerali li jipprovdu l-prova tal-ħlas ta’ din it-taxxa.


    (1)  ĠU C 145, 25.4.2016


    Top