Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0387

    Kawżi Magħquda C-387/15 u C-388/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – Il-Belġju) – Hilde Orleans, Rudi Van Buel, Marina Apers (C-387/15) u Denis Malcorps, Myriam Rijssens, Guido Van De Walle (C-388/15) vs Vlaams Gewest (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Direttiva 92/43/KEE — Konservazzjoni tal-habitats naturali — Żoni speċjali ta’ konservazzjoni — Sit Natura 2 000 “Estwarju tax-Schelde u tad-Durme tal-fruntiera Olandiża sa Gand” — Żvilupp ta’ żona portwali — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett fuq sit protett — Twettiq ta’ effetti negattivi — Żvilupp minn qabel iżda li għadu ma ġiex kompletat ta’ żona tat-tip ekwivalenti għall-parti meqruda — Kompletar wara l-evalwazzjoni — Artikolu 6(3) u (4))

    ĠU C 343, 19.9.2016, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.9.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 343/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – Il-Belġju) – Hilde Orleans, Rudi Van Buel, Marina Apers (C-387/15) u Denis Malcorps, Myriam Rijssens, Guido Van De Walle (C-388/15) vs Vlaams Gewest

    (Kawżi Magħquda C-387/15 u C-388/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitats naturali - Żoni speċjali ta’ konservazzjoni - Sit Natura 2 000 “Estwarju tax-Schelde u tad-Durme tal-fruntiera Olandiża sa Gand” - Żvilupp ta’ żona portwali - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett fuq sit protett - Twettiq ta’ effetti negattivi - Żvilupp minn qabel iżda li għadu ma ġiex kompletat ta’ żona tat-tip ekwivalenti għall-parti meqruda - Kompletar wara l-evalwazzjoni - Artikolu 6(3) u (4)))

    (2016/C 343/11)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Raad van State

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Hilde Orleans, Rudi Van Buel, Marina Apers (C-387/15) u Denis Malcorps, Myriam Rijssens, Guido Van De Walle (C-388/15)

    Konvenut: Vlaams Gewest

    Fil-preżenza ta’: Gemeentelijk Havenbedrijf Antwerpen

    Dispożittiv

    L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, għandu jiġi interpretat fis-sens li xi miżuri, inklużi fi pjan jew proġett mhux direttament marbut jew neċessarju għall-ġestjoni ta’ sit ta’ importanza komunitarja, li huwa maħsub, minn qabel għat-twettiq ta’ effetti negattivi fuq tip ta’ habitat naturali preżenti fuq dan, l-iżvilupp futur ta’ żona ta’ dan it-tip, iżda li l-kompletar ser iseħħ wara l-evalwazzjoni tan-natura sinjifikattiva tal-ħsara eventwalment magħmula lill-integrità tal-imsemmi sit, ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni matul din l-evalwazzjoni. Jekk ikun il-każ, tali miżuri ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala “miżuri ta’ kumpens”, fis-sens tal-paragrafu 4 ta’ dan l-artikolu, ħlief sa fejn ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fih.


    (1)  ĠU C 354, 26.10.2015.


    Top