Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0269

    Kawża C-269/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Letrado de la Administración de Justicia del Juzgado de lo Social n° 2 de Terrassa (Spanja) fit-13 ta’ Mejju 2016 – Elena Barba Giménez vs Francisca Carrión Lozano

    ĠU C 279, 1.8.2016, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.8.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 279/17


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Letrado de la Administración de Justicia del Juzgado de lo Social no 2 de Terrassa (Spanja) fit-13 ta’ Mejju 2016 – Elena Barba Giménez vs Francisca Carrión Lozano

    (Kawża C-269/16)

    (2016/C 279/23)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Juzgado de lo Social no 2 de Terrassa

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Elena Barba Giménez

    Konvenuta: Francisca Carrión Lozano

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikoli 6(1)(d) u 7(2) tad-Direttiva 2005/29/KE (1) huma applikabbli għas-sitwazzjonijiet li fihom it-tariffi ta’ professjonist huma rregolati minn dispożizzjoni ġuridika? Fl-affermattiv, din id-direttiva għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni bħall-Artikolu 36 tal-Liġi 1/1996, li tistabbilixxi li s-sistema tat-tariffi prevista mil-liġi hija obbligatorja, minkejja li l-professjonista jkun ħati minn ommissjonijiet jew minn prattiki qarrieqa dwar l-iffissar tal-prezz tas-servizzi tiegħu?

    2)

    L-Artikolu 101 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni bħall-Artikolu 36 tal-Liġi 1/1996, li, fil-każ fejn il-kljient jirbaħ il-kawża, li tissuġġetta r-remunerazzjoni tal-avukati li jipprovdu servizzi fil-kuntest tas-sistema ta’ għajnuna legali għal skala ta’ onorarji adottata minn qabel minn dawn l-avukati, mingħajr ma l-awtoritajiet tal-Istat Membru jkunu jistgħu jitbiegħdu minnha?

    Din il-leġiżlazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ neċessità u ta’ proporzjonalità li jinsabu fl-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2006/123/KE (2)?

    3)

    L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni bħall-Artikolu 36 tal-Liġi 1/1996, li jimponi fuq il-persuni li jibbenefikaw mill-għajnuna legali, jekk jirbħu l-kawża mingħajr ma jkun hemm kundanna għall-ispejjeż, l-obbligu li jħallsu l-avukat tagħhom onorarji ddeterminati minn skala approvata minn organu professjonali u li jaqbżu iżjed minn 50 % l-ammont annwali ta’ benefiċċju ta’ sigurtà soċjali?


    (1)  Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 149, p. 22).

    (2)  Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 36).


    Top