Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0198

    Kawża C-198/16 P: Appell ippreżentat fit-8 ta’ April 2016 minn Agriconsulting Europe SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-28 ta’ Jannar 2016 fil-Kawża T-570/13, Agriconsulting Europe SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

    ĠU C 279, 1.8.2016, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.8.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 279/9


    Appell ippreżentat fit-8 ta’ April 2016 minn Agriconsulting Europe SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-28 ta’ Jannar 2016 fil-Kawża T-570/13, Agriconsulting Europe SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-198/16 P)

    (2016/C 279/14)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Appellanti: Agriconsulting Europe SA (rappreżentant: R. Sciaudone, avukat)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla s-sentenza appellata u tibgħat lura il-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi fuq il-mertu fid-dawl tal-indikazzjonijiet mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura u għal dawk fil-Kawża T-570/13.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    1.

    Fir-rigward tal-kriterji ta’ attribuzzjoni Nri 1 u 2: żnaturament u rappreżentazzjoni żbaljata tal-argumenti fformulati mill-appellanti; ksur tal-prinċipju ta’ kumpens għad-dannu għal dak li jirrigwarda l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu.

    2.

    Fir-rigward tal-kunċett ta’ offerta anormalment baxxa: żnaturament tal-evalwazzjoni tal-kumitat ta’ evalwazzjoni u ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tas-sentenzi; żnaturament tad-dokumenti proċedurali u motivazzjoni kontradittorja billi l-Qorti Ġenerali ssostitwixxiet il-motivazzjoni tagħha b’dik tal-kumitat ta’ evalwazzjoni.

    3.

    Rappreżentazzjoni żbaljata u żnaturament tar-rikors u tal-provi fir-rigward tal-offerta tal-missjonijiet addizzjonali; interpretazzjoni żbaljata tal-parametri relatati mal-kunċett ta’ offerta anormalment baxxa kif ukoll tad-drittijiet tal-partijiet fil-kawża għall-verifika tal-anomalija; ksur tar-regoli tal-għoti tal-kuntratt; rappreżentazzjoni żbaljata u żnaturament tal-provi tal-appellanti.

    4.

    Interpretazzjoni żbaljata tan-natura reali u ċerta tad-dannu li għandu jiġi kkumpensat.


    Top