Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016XC0317(01)

    Aġġornament tal-Anness II u tat-Tabelli 1 u 2 tal-Anness IIIb fir-rigward tal-valuri applikabbli tal-euro f’konformità mal-Artikolu 10a tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendata bid-Direttiva 2011/76/UE

    ĠU C 101, 17.3.2016, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.3.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 101/1


    Aġġornament tal-Anness II u tat-Tabelli 1 u 2 tal-Anness IIIb fir-rigward tal-valuri applikabbli tal-euro f’konformità mal-Artikolu 10a tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendata bid-Direttiva 2011/76/UE

    (2016/C 101/01)

    L-Anness II tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (1), huwa aġġornat kif ġej:

    “ANNESS II

    AMMONTI MASSIMI F’EURO TA’ PAGAMENTI FUQ L-UTENTI, INKLUŻI SPEJJEŻ AMMINISTRATTIVI, LI HEMM REFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 7(7)

    Annwali

     

    massimu ta’ tliet fusien

    massimu ta’ erba’ fusien

    EURO 0

    1 478

    2 478

    EURO I

    1 286

    2 145

    EURO II

    1 119

    1 866

    EURO III

    972

    1 622

    EURO IV u li jniġġsu inqas

    884

    1 475

    Fix-xahar u fil-ġimgħa

    Rati massimi fix-xahar u fil-ġimgħa huma fi proporzjon għat-tul tal-użu magħmul mill-infrastruttura.

    Kuljum

    Il-pagament ta’ kuljum impost fuq l-utent għall-kategoriji kollha ta’ vetturi jammonta għal EUR 13.”

    L-Anness IIIb tad-Direttiva 1999/62/KE kif emendat bid-Direttiva 2011/76/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), huwa aġġornat kif ġej:

    “ANNESS IIIb

    TARIFFA MEDJA PPEŻATA MASSIMA GĦALL-ISPIŻA ESTERNA

    Dan l-Anness jistabbilixxi l-parametri li għandhom jintużaw biex tiġi kkalkolata t-tariffa medja ppeżata massima għall-ispiża esterna.

    1.   Spiża massima għat-tniġġis tal-arja minħabba t-traffiku:

    Tabella 1

    Spiża massima li għandha titħallas għat-tniġġis tal-arja

    ċent./kilomentru tal-vettura

    Toroq suburbani

    (inklużi l-awtostradi)

    Toroq interurbani

    (inklużi l-awtostradi)

    EURO 0

    17,8

    13,4

    EURO I

    12,2

    8,9

    EURO II

    10,1

    7,9

    EURO III

    7,9

    6,8

    EURO IV

    4,5

    3,5

    EURO V

    wara l-31 ta’ Diċembru 2013

    0

    0

    3,5

    2,3

    EURO VI

    wara l-31 ta’ Diċembru 2017

    0

    0

    2,3

    1,2

    Iniġġsu inqas minn EURO VI

    0

    0

    Il-valuri tat-Tabella 1 jistgħu jiġu mmultiplikati b’fattur ta’ mhux aktar minn 2 f’żoni muntanjużi dment li dan ikun iġġustifikat mill-pendil tat-toroq, l-altitudni u/jew l-inverżjonijiet tat-temperatura.

    2.   Spiża massima għat-tniġġis mill-istorbju minħabba t-traffiku

    Tabella 2

    Spiża massima li għandha titħallas għall-istorbju

    ċent./kilometru tal-vettura

    Ġurnata

    Lejl

    Toroq suburbani

    (inklużi l-awtostradi)

    1,22

    2,23

    Toroq interurbani

    (inklużi l-awtostradi)

    0,23

    0,35

    Il-valuri fit-Tabella 2 jistgħu jiġu mmultiplikati b’fattur mhux akbar minn 2 fiż-żoni muntanjużi dment li dan ikun iġġustifikat mill-pendil tat-toroq, l-inverżjonijiet tat-temperatura u/jew l-effett ta’ anfiteatru tal-widien.”


    (1)  ĠU L 187, 20.7.1999, p. 42.

    (2)  ĠU L 269, 14.10.2011, p. 1.


    Top