This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TN0672
Case T-672/15: Action brought on 12 November 2015 — Malta Cross Foundation International v OHIM — Malteser Hilfsdienst (Malta Cross International Foundation)
Kawża T-672/15: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2015 – Malta Cross Foundation International vs UASI – Malteser Hilfsdienst (Malta Cross International Foundation)
Kawża T-672/15: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2015 – Malta Cross Foundation International vs UASI – Malteser Hilfsdienst (Malta Cross International Foundation)
ĠU C 27, 25.1.2016, p. 73–73
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/73 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2015 – Malta Cross Foundation International vs UASI – Malteser Hilfsdienst (Malta Cross International Foundation)
(Kawża T-672/15)
(2016/C 027/92)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Malta Cross Foundation International, Inc. (Hallandale Beach, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Pimenta, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Malteser Hilfsdienst e.V. (Köln, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Malta Cross International Foundation” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 7 252 554
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Bord Suprem tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Lulju 2015 fil-Każ R 863/2011-G
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-UASI kif ukoll, jekk ikun il-każ, lill-intervjenti, għall-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u tal-appell. |
Motiv(i) invokat(i)
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009. |