Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0619

    Kawża T-619/15: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2015 – Badica u Kardiam vs Il-Kunsill

    ĠU C 27, 25.1.2016, p. 68–69 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.1.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 27/68


    Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2015 – Badica u Kardiam vs Il-Kunsill

    (Kawża T-619/15)

    (2016/C 027/86)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Bureau d’achat de diamant Centrafrique (Badica) (Bangui, Ir-Repubblika Ċentru-Afrikana), Kardiam (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Luff u L. Defalque, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1485, tat-2 ta’ Settembru 2015, u l-punt B 1 tal-Anness għal dan ir-regolament sa fejn ir-rikorrenti huma inklużi fl-Anness I tar-Regolament li jimplimenta l-Artikolu 17(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 224/2014, tal-10 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana;

    tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tar-rikors.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża, kif ukoll tad-dritt għal smigħ xieraq u għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Dan il-motiv huwa magħmul minn żewġ partijiet:

    L-ewwel parti, bbażata fuq l-assenza ta’ komunikazzjoni individwali mill-Kunsill tad-deċiżjoni ta’ ffriżar tal-fondi lir-rikorrenti;

    It-tieni parti, ibbażata fuq l-assenza ta’ komunikazzjoni tal-provi u tal-fajl, kif ukoll il-ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju u ta’ trasparenza.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq l-iżball ta’ evalwazzjoni tal-fatti fir-rigward tal-attivitajiet tar-rikorrenti, li jwasslu għal żball ta’ liġi.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq vizzji li jaffettwaw l-eżami magħmul mill-Kunsill.


    Top