Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0589

    Kawża T-589/15: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2015 – Eurorail vs Il-Kummissjoni u INEA

    ĠU C 27, 25.1.2016, p. 61–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.1.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 27/61


    Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2015 – Eurorail vs Il-Kummissjoni u INEA

    (Kawża T-589/15)

    (2016/C 027/78)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Eurorail NV (Aalst, il-Belġju) (rappreżentant: J. Derenne, N. Pourbaix u M. Domecq, avukati)

    Konvenuti: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA) u Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tikkonstata skont l-Artikolu 272 TFUE li d-deċiżjoni tal-INEA tas-17 ta’ Lulju 2015 li tirrexxindi l-Ftehim ta’ sussidju (1) u li tordna l-ħlas lura ta’ parti mill-pagamenti bil-quddiem imħallsa lir-rikorrenti hija illegali u inapplikabbli u li l-ammont finali tal-pagamenti bil-quddiem dovuti lir-rikorrenti għandu jiġi ffissat għal EUR 951 813 EUR;

    sussidjarjament, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni u l-INEA għandhom jiġu ddikjarati kuntrattwalment responsabbli għat-telf li ġie kkawżat lilha minħabba d-deċiżjoni u tordna l-ħlas lura ta’ EUR 581 770 EUR (somma flimkien mal-interessi);

    sussidjarjament, tordna lill-INEA/lill-Kummissjoni jirtiraw id-deċiżjoni;

    tikkundanna lill-INEA/lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-INEA u l-Kummissjoni kisru l-obbligi tagħhom taħt il-Ftehim ta’ sussidju. Konsegwentement, ir-rikorrenti ssostni li kien żbaljat li l-Ftehim ta’ sussidju ġie rexiss u li ntalab il-ħlas lura ta’ parti mis-sussidji li ngħatawlha.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-INEA u l-Kummissjoni kisru l-prinċipju li l-obbligi kuntrattwali għandhom jitwettqu in bona fide.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-INEA u l-Kummissjoni kisru l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti.


    (1)  Ftehim ta’ sussidjuMPO/09/058/SI1.5555667 “RAIL2” (Marco Polo II Call 2009).


    Top