Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0718

    Kawża T-718/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2015 – Hong Kong Group vs UASI – WE Brand (W E) [“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva W E — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti WE — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

    ĠU C 27, 25.1.2016, p. 53–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.1.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 27/53


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2015 – Hong Kong Group vs UASI – WE Brand (W E)

    (Kawża T-718/14) (1)

    ([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva W E - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti WE - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

    (2016/C 027/68)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Hong Kong Group Oy (Vantaa, il-Finlandja) (rappreżentant: J.-H. Spåre, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Bonne, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: WE Brand Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: R. van Oerle u E. de Groot, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Awwissu 2014 (Każ R 2305/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn WE Brand Sàrl u Hong Kong Group Oy.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-4 ta’ Awwissu 2014 (Każ R 2305/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn WE Brand Sàrl u Hong Kong Group Oy, u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI tat-30 ta’ Settembru 2013 huma annullati.

    2)

    L-oppożizzjoni hija miċħuda.

    3)

    L-UASI u WE Brand għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti minn Hong Kong Group, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Hing Kong Group għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI.


    (1)  ĠU C 431, 1.12.2014


    Top