Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0647

    Kawża T-647/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – Infusion Brands vs UASI (DUALSAW) [“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva DUALSAW — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Rifjut parzjali għal reġistrazzjoni — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009”]

    ĠU C 27, 25.1.2016, p. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.1.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 27/51


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2015 – Infusion Brands vs UASI (DUALSAW)

    (Kawża T-647/14) (1)

    ([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva DUALSAW - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Rifjut parzjali għal reġistrazzjoni - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009”])

    (2016/C 027/64)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Infusion Brands, Inc (Myerlake Circle Clearwater, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: K. Piepenbrink, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment V. Melgar, sussegwentement H. O’Neill u R. Rajh, aġenti)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ Lulju 2014 (Każ R 397/2014-4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv DUALSAW bħala trade mark Komunitarja.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Infusion Brands, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 380, 27.10.2014.


    Top