Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0525

    Kawża T-525/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2015 – Compagnie générale des établissements Michelin vs UASI – Continental Reifen Deutschland (XKING) [“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva Komunitarja XKING — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti X — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

    ĠU C 27, 25.1.2016, p. 48–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.1.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 27/48


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Diċembru 2015 – Compagnie générale des établissements Michelin vs UASI – Continental Reifen Deutschland (XKING)

    (Kawża T-525/14) (1)

    ([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva Komunitarja XKING - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti X - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

    (2016/C 027/59)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Compagnie générale des établissements Michelin (Clermont-Ferrand, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn L. Carlini, sussegwentement minn E. Carrillo, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Continental Reifen Deutschland GmbH (Hannover, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Gillert, K. Vanden Bossche, B. Köhn-Gerdes u J. Schumacher, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Mejju 2014 (Każ R 1522/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Compagnie générale des établissements Michelin u Continental Reifen Deutschland GmbH.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-5 ta’ Mejju 2014 (Każ R 1522/2013-4) hija annullata.

    2)

    L-UASI għandu jbati l-ispejjeż proprji tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Compagnie générale des établissements Michelin.

    3)

    Continental Reifen Deutschland GmbH għandha tbati l-ispejjeż proprji tagħha.


    (1)  ĠU C 303, 8.9.2014


    Top